Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51753
Title: | "Tabib, fejjaq lilek innifsek" (Luqa 4: 23) il-medicina fil-Bibbja |
Authors: | Buttigieg, Charles |
Keywords: | Medicine in the Bible Jesus Christ -- Miracles Diseases -- Religious aspects -- Christianity |
Issue Date: | 2017 |
Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
Citation: | Buttigieg, C. (2017). "Tabib, fejjaq lilek innifsek" (Luqa 4: 23) il-medicina fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 38(195), 13-15. |
Abstract: | Fl-Antik Testment naraw l-esperjenza tal-mard speċjalment tal-lebbra, ġuħ, persekuzzjoni u tat-tbatija (ara 2 Re 4:8-37 u Gob 2:3). Il-Lhud kienu jorbtu t-tbatija mad-dnub u mal-persekuzzjoni kif insibu f ’Ġer 20:2. Kienu jemmnu li Alla jista’ jgħaddi lill-bniedem mill-prova tat-tbatija kif naraw f ’Ġer 29:12. Kienu konxji wkoll li t-tbatija hi konsegwenza tal-ħażen tax-xitan kif naraw f ’Ġob 4:4-6). Il-bniedem marid, bl-Ebrajk holeh, kien jitlob l-ewwel nett lil Alla għall-fejqan, bl-Ebrajk rapa, tiegħu sabiex jeħilsu mill-mard holi. Fl- Akkadiku għandna l-kelma marsu u bl-Għarbi għandna l-kelma marid bħal fil-Malti. Il-mard kien ikun marbut mal-qalb, mal-moħħ, mal-għadam, mal-għajnejn, mal-widnejn, mal-imnieħer, mal-griżmejn, mas-snien, mal-ġilda, mad-demm, mal-fwied, mal-kliewi, mal-istonku, l-imsaren, mal-għeja u mat-twelid tat-tfal għall-ommijiet. Ħafna drabi il-mard tal-moħħ u tan-nervi kien assoċjat mal-possessjoni dijabolika. Mard komuni bħal uġigħ tar-ras, influwenzi u uġigħ fl-istonku ma tantx huma jissemmew direttament fil-Bibbja. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51753 |
Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 195 : Jannar-Marzu : 2017 |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Tabib_fejjaq_lilek_innifsek_(Luqa 4_23)_il-medicina_fil-Bibbja_2017.pdf | 272.82 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.