Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51820
Title: Il-faqar u l-foqra tal-Mulej fil-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Poverty -- Biblical teaching
Poverty -- Religious aspects -- Christianity
Poverty in the Bible
Issue Date: 2016
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2016). Il-faqar u l-foqra tal-Mulej fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 37(194), 17-20.
Abstract: Fl-Ebrajk insibu bosta kliem li jfissru l-kelma ‘faqar’, fost dawn insibu: ebhyon, dal, rush, chelekhah. Fil-Grieg insibu l-kelma ptochoi għall-foqra. Insibu ukoll fl- Ebrajk il-kelma anaw, plural anawim, li ġejja mill-verb anah, li jfisser ‘tgħawweġ ’il isfel’ jew ‘titgħawweġ’, għaliex dawk li huma fqar u batuti minħabba s-sewwa huma tassew qaddejja umli ta’ Alla, jitbaxxew quddiem il-kobor ta’ Alla (ara Num 12,3). Għalhekk l-anawim huma dawk il-fqar li jbatu u jitolbu b’qalb umli, u huma msejħa fl-Antik Testment bħala ‘il-foqra ta’ Jaħweh’: “il-fqir jidher bħala l-ħabib u l-qaddej ta’ Jaħweh” (Salm 86:1). L-idea kienet mela li l-għani mhux inklinat li jirrikorri għand Alla għax ma jonqsu xejn, waqt li l-fqir maħqur iħares lejn Alla. Ta’ min isemmi li t-terminu għall-faqar ani hu l-aktar frekwenti fl-Antik Testemnt fejn insibuh 92 darba, l-aktar fis-salmi fejn jintuża 41 darba. Ebjon insibuh 62 darba, dal 48 darba, rush 21 darba u anaw 19-il darba. Naraw fuq kollox il-faqar bħala konsegwenza tal-inġustizzja li ssir minn min hu sinjur u għalhekk il-Kodiċi tal-Alleanza (Es 20,22-23,33) jagħmel minn kollox biex jiddefendi u jaqbeż għall-batut (ara ukoll Salm 73; Ġob 21 u Mal 3).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/51820
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 194 : Ottubru-Dicembru : 2016
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 194 : Ottubru-Dicembru : 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-faqar_u_l-foqra_tal-Mulej_fil-Bibbja_2016.pdf267.37 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.