Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52406
Title: Il-hniena ta' Alla u tal-bnedmin fil-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: God (Christianity) -- Mercy -- Study and teaching
Bible -- Criticism, interpretation, etc.
Issue Date: 2016
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2016). Il-hniena ta' Alla u tal-bnedmin fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 37(192), 18-24.
Abstract: L-istorja tas-salvazzjoni li naraw fil-Bibbja hija mingħajr dubju l-istorja tal-imħabba u tal-ħniena infinita ta’ Alla għallbnedmin li bdiet bl-opra tal-ħolqien u tkompliet blopra tal-fidwa tal-bniedem li kien waqa’ fid-dnub. Din il-ħniena ta’ Alla narawha tidwi f’kull ktieb tal-Bibbja. Din il-ħniena ta’ Alla turi fuq kollox l-aspett ta’ tenerezza, ta’ mogħdrija u fuq kollox l-aspett matern tal-imħabba tiegħu kif tfisser il-kelma Ebrajka rahamim li tirriferi għall-ġuf (bl-Ebrajk: rehem) tal-omm, għaliex Alla huwa Missier li jħobbna bit-tenerezza ta’ omm. Il-kelma rahamim litteralment tfisser ‘il-ġewwieni’ jew ‘l-imsaren’ tal-bniedem waqt li metaforikament tirreferi wkoll għallqalb tal-bniedem bħala ċ-ċentru tal-emozzjonijiet u tal-ħsibijiet. Il-kelma Griega għall-ġewwieni hija splanchna: “Jaqaw Efrajm l-iben għażiż! Jaqaw it-tfajjel tal-għaxqa tiegħi? Għax kull meta nitkellem kontrih, jien niftakar aktar fih. Għalhekk ġewwenija mqanqla għalih; u żgur li nħenn għalih, oraklu tal-Mulej” (Ġeremija 31:20).
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52406
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 192 : April-Gunju : 2016
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 192 : April-Gunju : 2016

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-hniena_ta'_Alla_u_tal-bnedmin_fil-Bibbja_2016.pdf386.43 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.