Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52943
Title: "Ma ghandhomx inbid" (Gw 2: 5) l-inbid fil-Bibbja
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Food in the Bible
Drinking of alcoholic beverages -- Biblical teaching
Wine -- Religious aspects -- Christianity
Wine and wine making -- Palestine -- History
Issue Date: 2015
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2015). "Ma ghandhomx inbid" (Gw 2: 5) l-inbid fil-Bibbja. Lehen l-Art Imqaddsa, 36(189), 16-21.
Abstract: L-Inbid fil-Bibbja huwa s-simbolu ta’ ferħ u jissemma ħafna drabi fil-Bibbja (ara Salm 104:14 u Koħ 9:7). Huwa s-simbolu tal-prosperità u tal-Art Imwiegħda, l-għenba hija s-simbolu ta’ Israel. Jissemma sa minn żmien Noè sal-Ġdid Testment fejn naraw l-episodju importanti tal-ewwel sinjal li sar fit-tieġ ta’ Kana, fejn Ġesù biddel l-ilma fl-inbid. Mela l-ewwel miraklu li għamel Ġesù kellu rabta mal-inbid. L-inbid huwa fuq kollox marbut mas-saħħa u mal-barka ta’ Alla, filwaqt li x-xarbiet velenużi huma marbuta mas-saħta. Għalhekk l-inbid, huwa s-simbolu ta’ ferħ u ta’ festa, “li jferraħ qalb il-bniedem” (Salm 104:5); ma tistax timmaġina festa mingħajr inbid: “Ma għandhomx inbid”, qalet Marija lil binha fit-tieġ ta’ Kana (ara Ġw 2:1-11). Eżodu 29:40-41 jitkellem mill-offerta tal-inbid kuljum lil Alla. Infatti l-kelma Ebrajka għal festa tfisser ‘tixrob’. Il-profeti speċjalment Isaija, Ġeremija, Eżekjel, Hosegħa, Mikea, Ġoel, Naħum u Żakkarija jużaw ħafna s-simboliżmu tad-dielja u tal-inbid, fuq kollox ma ninsewx l-allegorija tad-dielja fil-kapitlu 15 ta’ San Ġwann.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/52943
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 189 : Lulju-Settembru : 2015

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ma_ghandhomx_inbid_(Gw_2_5)_l-inbid_fil-Bibbja_2015.pdf372.44 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.