Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/53765
Title: Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Frangiskani jitkeccew mic-Cenaklu (1551)
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Franciscans -- History
Franciscans. Custody of the Holy Land -- History
Cenacle (Jerusalem) -- History
Issue Date: 2014
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2014). Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Frangiskani jitkeccew mic-Cenaklu (1551). Lehen l-Art Imqaddsa, 35(186), 06-15.
Abstract: Għall-Franġiskani, iċ-Ċenaklu hu meqjus bħala l-ewwel Santwarju li fih huma għexu b’mod stabbli fl-Art Imqaddsa sa mill-1335. Imma l-istorja tal-kunvent tal-Għolja ta’ Sijon mhix waħda faċli. L-ebda Santwarju ieħor ma ra taqlib u atti ta’ vjolenza daqs dan is-Santwarju li fih twieldet il-Kustodja tal-Art Imqaddsa fl-1342. L-istorja taċ-Ċenaklu hi marbuta ħaġa waħda mal-istorja tal- Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Dan il-post qaddis kellu ħajja qasira meta nqabbluh mal-istorja twila tal-Franġiskani fl-Art Imqaddsa. Wara li, kif rajna, fra Roger Guérin ħadem biex ir-Re Roberto ta’ Anjou u r-Reġina Sancia ta’ Majorca jixtru minn buthom iċ-Ċenaklu u jagħtuh lill-Franġiskani, l-istorja tal-patrjiet li marru joqogħdu f ’dan il-kunvent wara l-1335 kienet dejjem storja ta’ taħbit u qtigħ ta’ qalb quddiem il-pretensjonijiet tal- Musulmani u l-Lhud li raw kif għamlu biex jaħtfu ċ-Ċenaklu f ’idejhom għax kienu jinsistu li, fiċ-Ċenaklu kien hemm midfun ir-Re David. Kienet din il-konvinzjoni bbażata fuq interpretazzjoni falza tal-istorja li wasslet biex il-Franġiskani, wara ħafna problemi, sfaw imkeċċijin definitivament miċ-Ċenaklu fl-1551 wara 216 sena li fihom kienu għexu f ’dan il-post qaddis.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/53765
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 186 : Ottubru-Dicembru : 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Storja_tal-Frangiskani_fl-Art_Imqaddsa_il-Frangiskani_jitkeccew_mic-Cenaklu_(1551)_2014.pdf644.57 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.