Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54767
Title: Il-kult antik lejn il-kbir u l-gust appostlu San Bartilmew
Authors: Buttigieg, Charles
Keywords: Bartholomew, Apostle, Saint -- Cult
Bartholomew, Apostle, Saint -- Biography
Christian hagiography
Issue Date: 2014
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buttigieg, C. (2014). Il-kult antik lejn il-kbir u l-gust appostlu San Bartilmew. Lehen l-Art Imqaddsa, 35(185), 14-18.
Abstract: San Bartilmew (bil-grieg: ‘Bartholomaios’, bl-aramajk: ‘bar Ptolemaios’ jew ‘bar-Talemai’ jiġifieri ‘iben Tolemew’ li jfisser litteralment ‘iben ir-radda (aramajk: telem) tal-għalqa’ jew iben ħaddiem il-għalqa’ jew ‘iben il-moħriet’), hu msejjaħ Natanjel li tfisser ‘don ta’ Alla’ fl-evanġelju ta’ San Ġwann. Tajjeb li ngħidu li l-moħriet huwa simbolu tal-ħidma ta’ Alla fl-għalqa tal-Knisja. Id-dinja hija ‘teofanija’, hija l-għalqa ta’ Alla. Il-vanġeli l-oħra dejjem isemmuh bħala Bartilmew. B’rabta ma’ dan l-isem hemm l-isem assirjan ‘Nabutalime’ li jindika li wieħed huwa ‘tewmi’. Il-biblista S. Köhn jgħid li Bartilmew kien Samaritan. Kien il-kittieb Elija isqof ta’Damasku li semma għall-ewwel darba r-rabta bejn dawn iż-żewġ ismijiet tal-appostlu fil-bibbja. Insibu ukoll lil Abdisho bar Berika metropolita ta’ Soba li saħaq fuq din l-identifikazzjoni fl-14-il seklu. L-appostlu San Bartilmew minn Kana tal- Galilija, raħal iktar magħruf minn Nazaret fl-Antik Testment (ara Ġoswè 19:28) u ġie mfaħħar minn Ġesù meta rah l-ewwel darba: “Ara, dan tassew wieħed minn Israel li jixraqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih” (Ġw 1:47). X’eloġju u tifħir minn fomm il-Mulej għal Bartilmew! Mhux li kien li kull wieħed u waħda minna, nistgħu xi darba nisimgħu dal-kliem meqjus mill-fomm Divin ukoll fuqna. Ġesù jħares lejh u jagħtih l-isem li jixraqlu: ‘Iżraelita veru li m’hemmx qerq fih’. U lilu jagħmillu wegħda oħra: ‘Għad tara ħwejjeġ ikbar minn dawn’.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54767
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 185 : Lulju-Settembru : 2014
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 185 : Lulju-Settembru : 2014

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-kult_antik_lejn_il-kbir_u_l-gust_appostlu_San_Bartilmew_2014.pdf355.77 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.