Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54913
Title: Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Papiet jiddefendu l-Frangiskani fl-Art Imqaddsa fis-seklu 15
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Franciscans -- Missions
Franciscans. Custody of the Holy Land -- History
Papacy -- History -- 1447-1565
Protection, Papal
Issue Date: 2014
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2014). Storja tal-Frangiskani fl-Art Imqaddsa il-Papiet jiddefendu l-Frangiskani fl-Art Imqaddsa fis-seklu 15. Lehen l-Art Imqaddsa, 35(185), 06-13.
Abstract: Il-Bulli pontifiċji Gratias agimus u Nuper carissimae ta’ Klement VI (21 ta’ Novembru 1342) huma meqjusa bħala d-dokumenti ta’ fundazzjoni tal-Kustodja tal-Art Imqaddsa. Rajna kif, matul is-seklu 14, il-Franġiskani stabilixxew ruħhom b’mod permanenti fiċ-Ċenaklu, fil-Qabar ta’ Kristu, fil-Qabar tal-Verġni Marija, u fil-Grotta tan-Natività f ’Betleħem. Din il-preżenza kienet saret possibbli bl-inizjattiva tal-Franġiskani nfushom, u bl-appoġġ tal-familja rjali tar-Renju ta’ Napli u Sqallija, l-aktar ta’ Roberto d’Anjou u Sancia ta’ Majorca. Aktar tard, fl-1363, rajna kif Giovanna I ta’ Napli kienet talbet lis-Sultan tal-Eġittu garanziji ta’ rikonoxximent tal-preżenza tal-Franġiskani fis-Santwarji msemmija. Kien iż-żmien li fih, ftit qabel, fl-14 ta’ Diċembru 1362 Giovanna I kienet iżżewġet lil Jaime ta’ Majorca bi prokura, u mbagħad iċċelebrat iż-żwieġ miegħu fis-16 ta’ Mejju 1363. Minn dak il-waqt, l-interessi favur l-Art Imqaddsa ma baqgħux biss prerogattiva tal-familja Rjali ta’ Napli, imma wkoll ta’ dik ta’ Katalonja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/54913
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 185 : Lulju-Settembru : 2014
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 185 : Lulju-Settembru : 2014



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.