Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5559
Title: In-nom mimmat fil-Malti : struttura u tifsir
Authors: Zammit, Elaine (2012)
Keywords: Maltese language
Grammar, Comparative and general -- Morphology
Grammar, Comparative and general -- Noun
Issue Date: 2012
Abstract: In-Nom Mimmat: Iddeċidejt li nagħmel din l-analiżi tiegħi dwar in-Nom Mimmat għal diversi raġunijiet. Waħda minnhom kienet l-interess tiegħi fil-lingwa u l-lingwistika Maltija. Iżda mhux biss. In-Nom Mimmat huwa kategorija ta’ nomi fil-Malti ta’ oriġini Semitika. Fis-snin li għamilt bħala studenta fl-Università ta’ Malta, għamilt xi żmien nistudja l-Għarbi, u nista’ ngħid li l-ftit għarfien tiegħi tal-Għarbi ħajjarni nħares lejn in-Nom Mimmat fl-Għarbi u nistudja u nanalizza l-iżvilupp u t-tranżizzjoni tiegħu fil-Malti. Apparti dan, il-fatt li n-nom mimmat bħala kategorija fil-Malti ftit li xejn kien trattat fid-dettall, meta tqabblu ma’ oqsma oħra fil-lingwistika Maltija, ukoll kompla jħeġġiġni biex nagħmel l-istudju tiegħi dwar in-Nomi Mimmati. Dan ix-xogħol jinferaq fi tliet taqsimiet ewlenin. F’din il-parti se nsemmi fuq fuq dwar x’jittrattaw dawn it-taqsimiet, l-għanijiet prinċipali tagħhom, kif ukoll se nagħmel referenza għall-metodoloġija u r-riżorsi li użajt. Apparti dan, jekk fix-xogħol li għamilt ħadt xi deciżjonijiet li setgħu kienu mod ieħor, se niġġustifika l-għażliet tiegħi. L-ewwel kapitlu jittratta n-nomi mimmati fis-Semitiku, mhux biss fl-Għarbi, iżda wkoll f’ilsna Semitiċi oħra. Ħassejt li huwa essenzjali li nagħmel dan, għaliex in-nom mimmat huwa wirt Semitiku, u ma stajtx nikseb perspettiva sħiħa u sana mingħajr ma mmur f’ras il-għajn mnejn tnissel sa ma wasal għandna. Naturalment, il-Malti ssawwar mill-Għarbi, però din il-kategorija ta’ nomi tinsab f’diversi lingwi Semitiċi oħra. Apparti dan iddeċidejt ukoll li nittratta ftit in-nomi mimmati f’xi djaletti Għarab, b’referenza speċjali għad-djaletti tal-Afrika ta’ Fuq, li ġeografikament huma eqreb lejn Malta. Il-Malti ma ħariġx mill-Għarbi Klassiku, iżda ssawwar minn forma djalettali tal-Għarbi. Għaldaqstant, naħseb ma kienx biżżejjed li nħares lejn il-Klassiku biss, iżda wkoll lejn djaletti oħrajn Għarab, imqar jekk it-tagħrif li ssib dwarhom mhux dejjem sħiħ u mifrux. Fi ftit kliem, mela nista’ ngħid li l-ewwel kapitlu jinvolvi l-għeruq tan-nom mimmat, b’ħarsa lejn diversi lingwi Semitiċi, li bosta minnhom illum il-ġurnata huma estinti, l-Għarbi Klassiku, l-Għarbi Standard Modern, u xi djaletti Għarab.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5559
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2012
Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL025.pdf
  Restricted Access
2.83 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.