Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/5586
Title: Lucija Levanzin Inglott : hajjitha u hidmietha
Authors: Bilocca, Mandy
Keywords: Levanzin Inglott, Lucija, 1874-1949
Maltese literature -- 20th century
Female authors -- Criticism and interpretation
Issue Date: 2012
Abstract: F’dan ix-xogħol se jiġu mistħarrġa ħidmiet li kkontribwiet Lucija Levanzin Inglott fil-qasam tal-letteratura Maltija, jiġifieri l-għadd ta’ artikli intitolati “Għan-Nisa” li dehru lkoll fil-gazzetta In-Naħla, kif ukoll taqbila li kitbet. Dawn il-kitbiet huma xogħlijiet li ġew miktuba fl-ewwel għexieren tas-Seklu 20, fl-1908-1912 u l-1906 rispettivament. L-ewwel ħsieb li kelli kien imur lil hinn minn dan it-taħriġ. Meta kkunsultajt mat-tutur tiegħi, Dr Marco Galea, semmieli lil din il-mara intellettwali u qalli li kienet kitbet artikli speċifikament għan-nisa fil-gazzetta, fid-dati msemmija. Mill-ewwel urejt interess, l-ewwel nett għax kelli kurżità fuq xiex setgħet kitbet u t-tieni għaliex interessani li kienet mara li kitbet f’perjodu meta l-maġġoranza tan-nisa kienu jew injoranti u bla skola, jew ma jaħdmux, u marbuta mad-dar. Fil-fatt, Lucija Levanzin Inglott hi kittieba Maltija mara unika fiż-żmien tagħha u għalhekk kien xieraq li tinkiteb xi ħaġa dwarha. Il-kitbiet tagħha, mhumiex ta’ siwi letterarju għoli. L-għan tagħha kien li bil-kolonni tagħha, kif ukoll bit-taqbila, tgħallem lin-nisa. Dan l-istudju hu l-ewwel wieħed li sar fuq Lucija Levanzin Inglott. Billi kien hemm nuqqas ta’ riċerka fuq ħajjitha, f’dan ix-xogħol iddedikajt l-ewwel kapitlu biex nagħti bijografija bażika tagħha, għaldaqstant fittixt li niġbor kemm nista’ informazzjoni minn oqsma differenti sabiex ikollna sfond ġenerali ta’ ħajjitha. Kienet ta’ għajnuna kbira kitba – qatt ippubblikata – miktuba minn Rev.Professur Edward Fenech, li ġiet trasmessa fuq ir-radju, fuq l-istazzjon Radju Bronja, fit-28 ta’ April 2001. Irnexxieli nikseb ritratt ta’ Lucija Levanzin Inglott kif ukoll insib tagħrif ġdid fittiftixa tiegħi, fost l-oħrajn, id-data tal-mewt tagħha, li ma kienet magħrufa minn ħadd, u dettalji oħra li kienu mifruxa f’kotba u artikli. It-tieni kapitlu, ‘In-Naħla, Gazzetta Lokali tal-Ewwel Nofs tas-Seklu 20’, jiddiskuti fil-qosor l-istorja u l-għanijiet ta’ din il-gazzetta, segwit minn tagħrif dwar il-kontribut ta’ Lucija Levanzin Inglott fl-istess ġurnal. It-tielet kapitlu, ‘L-Artikli “Għan-Nisa”’, hu msawwar minn diskussjoni dwar il-kitbiet ta’ Lucija Levanzin Inglott fil-perjodiku. Primarjament, qabel id-diskussjoni tal-artikli, tingħata informazzjoni dwar il-qagħda soċjali tan-nisa f’Malta fil-bidu tas-Seklu sabiex tinftiehem aħjar il-għażla ta’ suġġetti li titkellem fuqhom Levanzin Inglott. Dan huwa segwit minn diskussjoni tal-artikli varji maqsuma f’sottotitli skont l-għażla tassuġġett. Wara tingħata osservazzjoni ġenerali dwar l-artikli, kif ukoll dwar il-pożizzjoni li ħadet Levanzin Inglott waqt li kienet qed tikteb dawn il-kitbiet. Fir-raba’ kapitlu, il-qarrej għandu jistenna tagħrif rigward taqbila li hi attribwita lil Lucija Levanzin Inglott, traskrizzjoni tat-taqbila għall-ortografija attwali, kif ukoll sfond storiku qsajjar ta’ kif waslet biex tikteb din il-kitba. Fl-aħħar ta’ dan ix-xogħol, fl-appendiċi, ġew mehmuża dokumenti varji fosthom iċ-ċertifikati ta’ ħajjet Lucija Levanzin Inglott, kif ukoll dokumenti li jixhdu li l-kittieba ma baqgħetx tgħix ġewwa gżiritna. Wara dawn id-dokumenti, issegwi l-kitba ta’ Rev.Professur Edward Fenech dwar il-kittieba, li qatt ma kienet ġiet stampata. Inkludejt ukoll kopja tal-oriġinali tat-taqbila tagħha kif dehret stampata fl-1906.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/5586
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12BAMAL003.pdf
  Restricted Access
6.32 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.