Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/57297
Title: Il-Vangeli mohbija imsejhin Apokrifi
Authors: Manns, Frederic
Keywords: Apocryphal Gospels
Apocryphal books (New Testament)
Issue Date: 2012
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Manns, F. (2012). Il-Vangeli mohbija imsejhin Apokrifi. Lehen l-Art Imqaddsa, 33(175), 42-46.
Abstract: Meta f’Nazaret l-animaturi tal-pellegrinaġġi fl -Art Imqaddsa jirrakkontaw l-episodju tal- Annunċjazzjoni ta’ Marija fejn il-Għajn tal-Madonna, huma jikkwotaw silta mill-Protovanġelu ta’ Ġakbu, li jqiegħed l-ewwel dehra tal-anġlu proprju f ’dan il-post fejn hemm l-Għajn tar-raħal ta’ Nazaret. Fil-mużew ta’ Nazaret, biex wieħed jispjega l-kapitelli medjevali tal-kattidral tal-Kruċjati, wieħed spiss isemmi riferimenti mill-kitbiet Apokrifi. Fil-Medjuevu l-Legenda aurea tal-Verġni Marija kienet magħrufa ħafna u bosta skulturi fi l-kattidrali jridu jiġu spjegati fi d-dawl tal-letteratura Apokrifa. Meta wieħed iżur il-knisja tal-Familja Mqaddsa f’Nazaret irid bilfors isemmi l-Apokrifu intitolat L-istorja ta’ Ġużeppi l-mastrudaxxa. Meta f’Ġerusalemm wieħed isemmi l-qabar ta’ Adam taħt il-Kalvarju jirreferi għall-Kombattiment ta’ Adam u għall-Għar tat-Teżori. Meta, fi l-Wied tal-Kidron, wieħed jispjega l-ikona tad-Dormizzjoni hu inevitabbli li jirreferi għall-Apokrifu dwar id-Dormizzjoni ta’ Marija. Fl-aħħarnett, biex wieħed jispjega l-fażijiet differenti tal-binja tat-Tempju, irid isemmi t-Testment ta’ Salamun. Il-letteratura apokrifa fi ha minjiera ta’ dettalji. Kull meta joqrob il-Milied (billi ħafna minn dawn il-kitbiet jirreferu għat-twelid u t-tfulija ta’ Ġesù), jixraq li wieħed jirrakkonta dak li jgħidu l-Vanġeli Apokrifi, għaliex dawn inkitbu, x’inhi d-differenza bejnhom u l-Vanġeli kanoniċi, liema hu l-ġeneri letterarju tagħhom, u kif irridu ninterpretawhom meta naqrawhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/57297
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 175 : Jannar-Marzu : 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-Vangeli_mohbija_imsejhin_Apokrifi_2012.pdf953.04 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.