Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58093
Title: Pawlu ta' Tarsu (7)
Authors: Buscemi, Alfio M.
Keywords: Paul, the Apostle, Saint -- Travel
Paul, the Apostle, Saint -- Cult
Paul, the Apostle, Saint -- Study and teaching
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Buscemi, A. M. (2009). Pawlu ta' Tarsu (7). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 12-24.
Abstract: Kienet riesqa l-ħarifa tas-sena 59 jew 60 meta Festus iddeċieda li jibgħat lil Pawlu f ’Ruma flimkien maċ-ċenturjun Ġulju u stakkament ta’ suldati tal-cohors Sebastena jew Awgusta. Id-data tas-sena 59, aċċettata mill-maġġoranza ta’ l-istudjużi, tfisser li dik is-sena l-Yom Kippur (Jum ta’ l-Espjazzjoni) ħabat fil-5 ta’ Ottubru. Skont Atti 27,9 it-tluq minn Portijiet is-Sbieħ fi Kreta seħħ wara din id-data, li kienet timmarka t-tmiem ta’ l-istaġun tan-navigazzjoni. Dik is-sena l-festa ħabtet kmieni u x’aktarx li ma kienx ikun daqshekk perikoluż li jittantaw jaqsmu l-Mediterran miftuħ. Imma fis-sena 60 il-Yom Kippur ħabat fl-24 ta’ Ottubru, u għalhekk jidher li l-periklu ta’ tempesti kien ħafna akbar. Għal din ir-raġuni hemm min jaħseb li s-sena 60 hi aktar eżatta għad-data tal-vjaġġ lejn Ruma. Flimkien ma’ Pawlu telqu l-kollaboraturi tiegħu Luqa u Aristarku ta’ Tessalonika. Il-vjaġġ lejn Ruma hu deskritt b’dettalji mill-aktar ċari u eżatti mill-awtur ta’ l-Atti. Ir-rakkont juri li sar minn xi ħadd li kien preżenti għall-ġrajja, bniedem istruwit u li josserva d-dettalji. Fil-fatt diversi studjużi jqisu Atti 27,1-28,15 bħala wieħed millaktar dokumenti importanti ta’ l-antikità li jiddeskrivu s-sengħa tat-tbaħħir ta’ l-era Griega-Rumana, hekk li ta’ spiss jagħti l-impressjoni li hu “djarju ta’ vjaġġ”.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58093
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Pawlu_ta_Tarsu_7_2009.pdf299.02 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.