Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59070| Title: | It-Tagħlim tal-Katekiżmu |
| Other Titles: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
| Authors: | Vassallo, Mario Thomas |
| Keywords: | Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta) Christian education -- Malta -- Mosta Society of Christian Doctrine (Malta) Examinations -- Malta -- Mosta |
| Issue Date: | 2016 |
| Publisher: | Parroċċa Marija Assunta |
| Citation: | Vassallo, M. T. (2016). It-Tagħlim tal-Katekiżmu. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 127-134). Mosta: Parroċċa Marija Assunta. |
| Abstract: | Ngħidu x'ngħidu dwar l-attivita fl-Oratorju Qalb ta' Ġesu jibqa' l-fatt sagrosant li l-aktar impenn prinċipali, qawwi u kontinwu tiegħu huwa t-tagħlim tal-katekiżmu jew, kif konna nsejħulu tradizzjonalment, id-duttrina. Dan it-tagħlim ta' natura religjuża jwassal lit-tfal biex jitħejjew kif xieraq qabel jersqu biex jirċievu tliet sagramenti, jiġifieri l-qrar, it-tqarbin u l-griżma tal-isqof. Fl-ewwel kapitlu konna ħarisna lura biex stajna naraw kif storikament evolva dan it-tagħlim f'pajjiżna, x'diffikultajiet u limitazzjonijiet kien hawn, u x'inizjattivi ttieħdu. It-twaqqif taż-żewġ oratorji fil-Mosta, wieħed għas-subien u ieħor għall-bniet, u aktar tard il-ftuħ ta' żewġ oqsma tal-MUSEUM huma passi konkreti biex ipoġġu t-tagħlim qaddis fost it-tfal fuq bażi soda u regolari. Minn nofs is-snin tmenin 'il quddiem meta l-popolazzjoni fil-Mosta bdiet tespandi b'rata fenominali twaqqfu ċentri oħrajn ta' katekiżmu fiż-żoni residenzjali fosthom dawk f'Ta' Mlit, Sant' Andrija, Santa Margerita u fil-Bidnija. Filwaqt li t-tagħlim fiċ-ċentri l-ġodda beda jsir għal udjenzi mħalltin, jiġifieri subien u bniet flimkien, it-tagħlim fl-oratorji u fil-MUSEUM għadu jsir b'mod segregat. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59070 |
| ISBN: | 978-99957-0-945-7 |
| Appears in Collections: | L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| It_tagħlim_tal_katekiżmu.pdf | 332.04 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
