Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59651| Title: | L-ahhar ikla ta' Gesu' mal-appostli tieghu |
| Authors: | Buttiġieġ, Charles |
| Keywords: | Dinners and dining in the Bible Last Supper Lord's Supper Passover in the New Testament |
| Issue Date: | 2009 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Buttigieg, C. (2009). L-ahhar ikla ta' Gesu' mal-appostli tieghu. Lehen l-Art Imqaddsa, 30(165), 30-33. |
| Abstract: | L-ikla tal-Għid tal-Lhud (kif naraw fil-ktieb tal-Eżodu kapitlu 12) kienet tfakkarhom fil-ġrajja memorabbli tal-imħabba infinita ta’ Alla li għaddihom mill-mogħdija tal-mewt għall-ħajja (bil-lhudi l-kelma ‘għid’ hija ‘pesah’ li tfisser ‘passaġġ’; għalhekk il-kliem: ‘paskwali’, ‘passover’). Ilkoll nafu kemm l-poplu ta’ Alla kien qed ibati ġewwa l-Eġittu u għalhekk Alla kien sejjaħ proprju lil Mose` biex joħroġ dan il-poplu minn dan il-jasar. Naraw però ir-resistenza tal-Fargħun tal- Eġittu. Alla għalhekk jibgħat l-għaxar kastigi fuq l-Eġittu: l-ilma jsir demm, iż-żrinġijiet; in-nemus; id-dubbien; il-pesta; l-infafet; is-silġ; il-ġradijiet; id-dlam u l-aħħar wieħed il-kbir, il-mewt tal-iben il-kbir fid-djar tal-Eġizzjani. Huwa f’dan il-kuntest ta’ din il-ġrajja li l-anġlu tal-mewt ‘jaqbeż’ (pass-over) id-djar fejn kien hemm il- Lhud u jsalva lit-tfal tagħhom u joqtol it-tfal tal-Eġizzjani fosthom it-tifel il-kbir tal-fargħun, u b’hekk wassal lil dan ta’ l-aħħar sabiex iħalli lil-Lhud jitilqu minn pajjiżu. Però f ’dik il-lejla qabel ma kien se jiġi l-anġlu tal-mewt, il-Lhud fuq ordni ta’ Alla, riedu jagħmlu ikla u riedhom jagħmluha u jfakkruha bħala l-ġrajja ta’ ħelsien tagħhom, kull sena matul il-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 tax-xahar ta’ Abib, li hu Marzu u April tagħna (beda mbagħad jissejjaħ blisem Babilonjiż ta’ Nisan). Kull familja kellha tipprepara għall-ħaruf sa minn ħamest ijiem qabel. Fejn kien hemm familji żgħar setgħu jingħaqdu ma’ xulxin għal din l-ikla tal-ħaruf; bejn wieħed u ieħor, ħaruf wieħed kien iservi għal għaxar persuni. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59651 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 165 : Lulju-Settembru : 2009 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L-ahhar_ikla_ta_Gesu_mal-appostli_tieghu_2009.pdf | 183.96 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
