Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60205
Title: Fl-isfond ta' linji ġodda : noti ghall-istudju tal-poeżija moderna f'Malta
Authors: Azzopardi, Mario
Keywords: Maltese poetry -- 20th century -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century -- Criticism and interpretation
Issue Date: 1983
Publisher: Merlin
Citation: Azzopardi, M. (1983). Fl-isfond ta' linji ġodda : noti ghall-istudju tal-poeżija moderna f'Malta. Blata l-Bajda : Merlin
Abstract: Matul is-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin il-kittieba tal-Malti kellhom sfida soċjali u lingwistika. Minħabba mentalità bi storja twila ta' "italjanità", l-awtur Malti normalment ikkopja l-prosodija taljana bħala prototip ta' elitiżmu letterarju. Dawk li tħajru jiktbu bil-Malti (li dak iż-żmien kien meqjus bħala l-lingwa tal-kċina) sabu wkoll illi l-qofol semitiku ta' l-ilsien lokali kien ser jasal f'kunflitt mal-formoli "edukati" tal-letteratura taljana. Għalhekk wieħed japprezza illi kienet teżisti l-problematika bejn il-ġrajja soċjo-politika (l-italjanità ta' Malta) u l-ħidma kreattiva (it-tentattiv biex tinħoloq xi forma ta' letteratura nazzjonali). Forsi dan il-kunflitt jista' jiġġustifika l-limitazzjonijiet tal-moviment romantiku bikri fil-letteratura tradizzjonali Maltija. Dan jiġġustifika għaliex il-kisbiet estetiċi tal-vernakular kienu daqstant modesti. Filwaqt li l-kittieba tal-Malti kienu qegħdin jirsistu biex joħolqu moviment lingwistiku kontra l-preġudizzju, issuktaw jeżistu kotrana l-kitbiet lokali bit-Taljan, plaġjarizzati u infatwati, kitbiet li juru x-xeno-manija tal-klassi "edukata" b'risq l-Italja.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/60205
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Fl_isfond_ta_linji_ġodda.pdf
  Restricted Access
7.61 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.