Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61558| Title: | Il-qabar u l-knejjes ta' San Gwann Battista f'Sebaste |
| Authors: | Muscat, Noel |
| Keywords: | Sebastia (West Bank) -- History Palestine -- Description and travel John, the Baptist, Saint -- Death and burial John, the Baptist, Saint -- Cult |
| Issue Date: | 2020 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Muscat, N. (2020). Il-qabar u l-knejjes ta' San Gwann Battista f'Sebaste. Lehen l-Art Imqaddsa, 41(207), 06-15. |
| Abstract: | Ir-raħal ta’ Sebaste (Sebastiya) jinsab xi 10 kilometri fuq il-majjistral ta’ Nablus, fix-xaqliba tal-lvant tat-triq prinċipali li titla’ lejn it-tramuntana mill-għoljiet tas-Samarija lejn Jenin u l-Galilija, u ftit bogħod mittriq li mill-wied tax-xmara Ġordan tieħu lejn il-punent lejn il-kosta tal-Mediterran. Ir-raħal tal-lum, li l-Għarab isejħulu Sebastiya, jokkupa l-ġnub ta’ għolja li fuqha jinsabu l-fdalijiet tal-belt antika ta’ Samarija, li kienet kapitali tas-saltna ta’ Israel mit-876 sas-721 q.K. Madwar is-sena 25 q.K. Erodi l-Kbir bena belt ġdida fuq dan il-post, u taha l-isem ta’ Sebaste, għall-Imperatur Awgustus (Sebastos). Din il-belt tgħolliet għal grad ta’ colonia Rumana minn Settimio Severo madwar is-sena 196 w.K. Fis-seklu 4 l-belt kienet biss raħal żgħir, imma baqgħet dejjem abitata sal-ġurnata tal-lum. Il-belt Rumana kienet imdawra b’sur talġebel li għadu jidher minnu l-fdalijiet ta’ torrijiet tondi. Is-sit arkeoloġiku jkopri arja ta’ madwar 64 ettaru. L-iskavi li saru fl-1908-10 u fl-1931-35 kixfu fuq ilquċċata tal-għolja l-pedestall tat-tempju li Erodi bena lil Awgustus. Taħt din ilquċċata tinfirex akropoli kbira ta’ żminijiet Israeliti u Ellenisti. Lejn il-lvant kien hemm il-forum tal-belt Rumana, filwaqt li lejn ittamuntana jidhru l-fdalijiet tat-teatru, it-tempju ta’ Korte (Persephone) u l-istadju. Għad hemm fdalijiet ta’ triq bil-kolonni li twassal middaħla tal-punent sar-raħal attwali li jinsab fuq ixxaqliba tal-lvant. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61558 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-qabar_u_l-knejjes_ta_San_Gwann_Battista_f_Sebaste_2020.pdf | 902.54 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
