Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61782
Title: Il-qdusija fil-ktieb tal-Apokalissi
Authors: Micallef, Martin
Keywords: Bible. Revelation -- Criticism, interpretation, etc.
Apocalyptic literature
End of the world
Issue Date: 2020
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Micallef, M. (2020). Il-qdusija fil-ktieb tal-Apokalissi. Lehen l-Art Imqaddsa, 41(207), 33-41.
Abstract: Kuntrarju għall-interpretazzjoni tradizzjonali tal-Apokalissi, numru ta’ studjużi jargumentaw li, il-problema ewlenija li kienu qed jaffaċjaw il-komunitajiet Insara, li għalihom inkiteb dan l-aħħar ktieb tal-Iskrittura, ma kinetx il-persekuzzjoni uffiċjali min-naħa tar-Rumani, għalkemm xi oppressjoni ’l hawn u ’l hemm aktarx li kienet possibbli. Minflok, l-akbar theddida għall-maġġoranza tal-knejjes li għalihom jiġi indirizzat dan il-ktieb kienet it-tentazzjoni li joħolqu kompromess mal-kultura dominanti Rumana li kienet marbuta mal-kult imperjali ta’ diversi allat tradizzjonali. Minħabba f ’hekk, l-awtur tal-Apokalissi, identifikat bl-isem ta’ Ġwanni, kien meħud fis-sema ħalli jara d-dinja mill-perspettiva tal-ġenna. Din il-viżjoni profetika ta’ Ġwanni li fiha jara l-qaddisin fis-saltna bla tmiem ta’ Alla ma sservix biss biex turi t-tama tal-knisja għall-ħwejjeġ li kien għad iridu jseħħu, imma wkoll biex tati lill-komunitajiet ekkleżjali alternattiva oħra tad-dinja li s’issa kienet qed tingħata mill-perspettiva imperjali. F’dan l-artiklu ħa naraw kif permezz tal-ġeneru letterarju apokalittiku, il-Ktieb tar- Rivelazzjoni, jiżviluppa b’mod straordinarju t-tema tal-qdusija kemm dik ta’ Alla, kif ukoll dik ta’ dawk li jemmnu fih.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61782
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 207 : Jannar-Marzu : 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-qdusija_fil-ktieb_tal-Apokalissi_2020.pdf1.81 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.