Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61903| Title: | Esposizzjoni dwar Lord Strickland : 1861-1940 |
| Authors: | Cuschieri, Lino |
| Keywords: | Strickland, Gerald, Baron, 1861-1940 |
| Issue Date: | 1991 |
| Publisher: | Dipartiment ta' l-Informazzjoni |
| Citation: | Cuschieri, L. (1991). Esposizzjoni dwar Lord Strickland : 1861-1940. Malta : Dipartiment ta' l-Informazzjoni |
| Abstract: | Mingħajr ebda dubju, LORD STRICKLAND huwa wieħed mill-protagonisti l-iktar prominenti fl-istorja kostituzzjonali, politika u soċjali ta' żmien il-ħakma Ngliża f'Malta. Għal iżjed minn nofs seklu, STRICKLAND kellu sehem importanti fl-iżvilupp kostituzzjonali u politiku ta' pajjiżna, kif ukoll fit-twettiq ta' diversi proġetti ta' l-akbar fejda fil-qasam soċjali u edukattiv tal-ħajja Maltija ta' żmienu. Bir-rispett kollu għal kull opinjoni diversa u minkejja li wħud jistgħu jaqblu jew ma jaqblux mal-fehmiet politiċi tiegħu, jibqa fatt assolut li bħala mexxej politiku u amministratur, STRICKLAND wera li kien tabilħaqq bniedem ta' ħila u kuraġġ liema bħalu, qatt ma ħabbel rasu jieħu deċiżjonijiet li fil-ġudizzju tiegħu deherlu li kienu meħtieġa u xierqa fiċ-ċirkostanzi li sab ruħu fihom, ukoll meta dawn kienu forsi kontroversjali jew swewlu sagrifiċċju personali, u fuq kollox dejjem ġab ruħu ta' kattoliku konvint u ġentlom li bil-ħidma u bl-imġieba tiegħu ma' tul il-karriera brillanti tiegħu, kemm f'Malta kif ukoll barra minn xtutha, għamel unur mhux biss lill-familja distinta tiegħu, iżda wkoll irnexxielu jikseb ġieh mill-aqwa għal art twelidu. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/61903 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCWHMlt |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Esposizzjoni_dwar_Lord_Strickland.pdf Restricted Access | 10.81 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
