Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62190
Title: Il-Professur Ġuże' Galea : 1901-1978
Authors: Cuschieri, Lino
Keywords: Galea, Ġużè, 1901-1978
Authors, Maltese -- 20th century
Authors, Maltese -- Biography
Issue Date: 1996
Citation: Cuschieri, L. (1996). Il-Professur Ġuże' Galea : 1901-1978. Malta
Abstract: Waħda mix-xejriet bikrija li ħadet il-letteratura Maltija hi l-għarfien ta' l-istorja nazzjonali bħala rifless tat-tiġrib popolari. Huma u jagħrfu /-ħtieġa u l-qawwa espressiva ta' l-ilsien Malti, il-kittieba għarfu wkoll id-dmir li jinqdew b'dan l-ilsien biex ixerrdu /-għarfien elementari dwar l-istorja tal-pajjiż. Huwa proċess kbir ta' rikostruzzjoni tal-wirt imħarbat, mirfus mit-tradizzjoni, dik l-istess tradizzjoni li sikwit infaħħruha bla ma nintebħu li hi wkoll il-ħerba tar-ruħ nazzjonali u demokratika tagħna. /l-kittieba ta' tmiem is-seklu dsatax u l-ewwel nofs tas-seklu għoxrin fittxu, għalhekk, li jbiddlu d-direzzjoni ta' l-istorja kollha, u daħħlu tradizzjonijiet ġodda minflok il-qodma (u hekk ukoll, bid-differenzi meħtieġa kollha, għamlu /-kittieba mis-snin sittin ta' dan is-seklu 'l quddiem). It-tradizzjoni ewlenija mdaħħla mi/l-kittieba Maltin hi /-għarfien prattiku tal-prinċipju li l-istorja u l-ilsien ta' poplu jimxi id f'id; tħarbit ta' lingwa hu tħarbit ta' ċiviltà sħiħa. Rumanzieri u poeti ngħaqdu flimkien, bħallikieku f'kor wieħed, biex jgħannu /-qlubija u l-miżerja, it-twemmin u t-tiġrib, l-ideali u r-realtà ta' bosta Maltin bla isem u bla wiċċ li ġarrbu t-tradizzjoni bħala l-kalvarju tagħhom. Minn taħt it-terrapien tat-terremot tradizzjonali, huma ġabru /-fdal, kixfu /-valuri, u ħolqu epopea li ma kinitx tista' tinħoloq jekk mhux bl-ilsien nazzjonali, imkasbar bħal kull wirt indiġenu ieħor. Stħarriġ metodiku tal-fenomenu Malti juri li /-karatteristika tassew Maltija hi l-ilsien Malti biss u waħdu; il-bqija huma, ftit jew wisq, sfumaturi ·ta' xejriet reġjunali u kontinentali, jew kolonjali.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62190
ISBN: 999099661X
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCWHMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il_Professur_Ġuże_Galea.pdf
  Restricted Access
17.07 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.