Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62598
Title: Il-varjazzjoni interna f’erbat ibliet Maltin
Authors: Cutajar, Diane
Keywords: Maltese language -- Social aspects
Sociolinguistics -- Malta
Urban dialects -- Malta
Maltese language -- Variation
Maltese language -- Lexicology
Issue Date: 2020
Citation: Cutajar, D. (2020). Il-varjazzjoni interna f’erbat ibliet Maltin (Bachelor's dissertation).
Abstract: Dan l-istudju jinqasam fi tliet kapitli. Fl-ewwel kapitlu naqsam id-diskussjoni fi tliet partijiet ewlenin. Nibda billi nagħti ħarsa introduttorja lejn il-varjazzjoni lingwistika u l-livelli lingwistiċi li fuqhom tista’ tokkorri l-varjazzjoni fil-lingwa, b’mod speċjali l-livell lessikali li hu l-qofol ta’ dan l-istħarriġ. Fit-tieni parti nimxi għas-soċjolingwistika u niddiskuti l-varjabbli soċjolingwistiċi tas-sess, l-età u l-ġeografija, li huma l-aktar rilevanti għall-istudju tiegħi. Fit-tielet parti nillokalizza l-argument billi nħares lejn il-varjazzjoni lingwistika f’Malta, b’referenza għal numru ta’ studji dwar il-varjazzjoni lessikali f’Malta. Fil-kapitlu ta’ wara nitkellem dwar il-metodu li użajt biex ġbart l-informazzjoni meħtieġa mill-kelliema. F’din il-parti niddiskuti kif saret l-għażla tal-istampi biex fassalt il-kwestjonarju, il-kriterji li mxejt magħhom biex għażilt il-parteċipanti u kif saret l-għażla tal-erba’ lokalitajiet. Barra minn hekk, nitkellem ukoll dwar l-istudju pilota, id-diffikulltajiet li ltqajt magħhom waqt l-intervisti u kif dawn, fejn possibbli, ġew evitati. It-tielet kapitlu ta’ din it-teżina jinkludi r-riżultati u l-analiżi tagħhom. Din it-taqsima hija maqsuma f’ħames partijiet ewlenin. Nibda d-diskussjoni billi nitkellem dwar dawk l-istampi li għalihom ma kienx hemm varjazzjoni lessikali għax il-parteċipanti kollha qablu dwar l-istess termini. Għall-kuntrarju, fit-tieni parti nħares lejn dawk il-każijiet li fihom ħarġet varjazzjoni lessikali, filwaqt li t-tielet parti niddedikaha għall-varjazzjoni grammatikali li ħarġet f’dan l istudju. L-aħħar żewġ partijiet f’dan il-kapitlu jittrattaw il-fatturi soċjolingwistiċi li kkunsidrajt f’dan l-istħarriġ. Fir-raba’ parti nibda bil-fattur tal-ġeografija sabiex niddiskuti l-mistoqsijiet ewlenin li taw bidu għal dan l-istudju. Għalhekk nitkellem dwar il-varjazzjoni li okkorriet fi ħdan kull lokalità u nkompli nibni fuq dan billi nqis il-varjazzjoni lessikali f’kuntest usa’ bejn lokalità u oħra. Fl-aħħar parti nosserva kemm hu rilevanti l-fattur tas-sess fi studju lessikali bħal dan u niddiskuti d-differenzi li ħarġu bejn parteċipanti rġiel u nisa. Finalment, niġbor is-sejbiet ewlenin li ħarġu minn dan l-istħarriġ fil-konklużjoni. Fl-aħħar ta’ din it-teżina hemm l-appendiċi li huwa maqsum f’ħamsa. L-ewwel appendiċi jinkludi kopja tal-formola tal-kunsens li ngħatat lill-parteċipanti kollha qabel ma nbeda l-kwestjonarju. Fit-tieni appendiċi nippreżenta l-kwestjonarju u t-tielet appendiċi jinkludi l informazzjoni neċessarja tal-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’dan l-istħarriġ. Fir-raba’ appendiċi hemm ir-riżultati dettaljati miġbura abbażi tal-ġeografija, filwaqt li fl-aħħar hemm ir-riżultati li ħarġu mill-intervisti abbażi tas-sess.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/62598
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2020
Dissertations - FacArtMal - 2020

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
20BAMAL010.pdf
  Restricted Access
5.94 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.