Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66677
Title: Ir-Reliġjon u d-dinja ta’ wara l-Gwerra l-Kbira : il-kuntest politiko-reliġjuż tas-sehem tal-Knisja fis-‘Sette Giugno’
Authors: DeBattista, André P.
Keywords: Sette Giugno, 1919
Malta -- History -- British occupation, 1800-1964
Malta -- Church history -- 20th century
Issue Date: 2020
Publisher: Kunvent Patrijiet Dumnikani
Citation: DeBattista, A. P. (2020). Ir-Reliġjon u d-dinja ta’ wara l-Gwerra l-Kbira : il-kuntest politiko-reliġjuż tas-sehem tal-Knisja fis-‘Sette Giugno’. Knisja 2000, 32(132), 5-27.
Abstract: L-avvenimenti tas-Sette Giugno daħlu fil-memorja kollettiva u fil-kalendarju tat-tifkiriet nazzjonali. Ta’ kull sena, fl-anniversarju ta’ dawn il-ġrajjiet, l-għola awtoritajiet tal-pajjiż jiltaqgħu ħdejn il-monument fi Pjazza San Ġorġ fejn l-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati jinseġ diskors tal-okkażjoni. Fl-2019, f’għeluq il-mitt sena minn dawn il-ġrajjiet, ħarġu għadd ta’ pubblikazzjonijiet li jitkellmu dwar l-isfumaturi differenti li sawru u xpurnaw ir-reazzjonijiet f’dak il-jum tal-1919. F’din il-pubblikazzjoni qed jiġi mfakkar is-sehem tal-Knisja f’dawn il-ġrajjiet. Dan l-istudju jħares lejn tlett fatturi ewlenin tal-kuntest ta’ din il-ġrajja. L-ewwel, janalizza l-għaliex għandna nħarsu lejn is-sehem tar-reliġjon fi ġrajjiet li sawru l-politika u l-memorja kollettiva. It-tieni, jħares lejn il-kuntest internazzjonali politiko-reliġjuż li sawwar dawn il-ġrajjiet. It-tielet, iħares lejn ir-relazzjonijiet ta’ bejn l-Imperu Brittaniku – il-potenza dinjija li kienet tmexxi lil Malta – mas-Santa Sede. F’pubblikazzjoni li titkellem dwar is-sehem tal-Knisja f’dan l-avveniment, dan il-kuntest huwa wkoll wieħed interessanti u importanti.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/66677
Appears in Collections:Scholarly Works - InsEUS



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.