Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67184
Title: 90 sena, 90 tifkira : telefonati waqt il-pandemija
Authors: Sultana, Kelinu
Sultana, Ronald G.
Keywords: COVID-19 (Disease)
Sultana, Michael, 1930-
Autobiography
Issue Date: 2020
Publisher: Xirocco Publications
Citation: Sultana, K., & Sultana, R. G. (2020). 90 sena, 90 tifkira : telefonati waqt il-pandemija. Malta: Xirocco Publications.
Abstract: Kelinu sives Michael Sultana, imwieled ix-Xagħra Għawdex fis-26 ta’ Diċembru 1930, beda jgħallem ta’ 19-il sena, u baqa’ fis-settur taledukazzjoni sakemm irtira ta’ 61 sena bħala Direttur tal-Iskejjel Primarji tal-Istat f’Malta u Għawdex. Tela’ l-iskaluni kollha tal-karriera, minn għalliem għal Assistent Kap u Kap ta’ skola, u minn Education Officer għal Assistent Direttur u Direttur. Din hija l-ewwel awtobijografija ta’ persunaġġ f’din il-kariga, fejn l-iżvilupp tas-sistema edukattiva wara lgwerra narawha mil-lenti ta’ xi ħadd minn ġewwa, ta’ xi ħadd li ġarrab kemm il-ħelu kif ukoll il-morr ta’ dak li jaf joffri impieg fiċ-ċivil. Biss bejn il-qxur ta’ dal-ktieb hemm ħafna iżjed minn hekk: naqraw dwar it-trobbija f’raħal Għawdxi, bid-drawwiet u l-karattri tiegħu. Naqraw ukoll dwar l-impenn ta’ Kelinu lejn l-istudju u lejn il-familja, lejn il-Knisja u lejn il-volontarjat. Nakkumpanjawh fl-avventuri ta’ diversi proġetti, u nsiefru miegħu f’dawk il-pajjiżi fejn dawn il-proġetti ħaduh. Ħajja rikka u mimlija, irrappreżentata hawnhekk permezz ta’ 90 rakkont qasir, li jirriflettu karattru u personalità affabbli...mudell u eżempju għal familtu, u għal min bħalu jemmen li t-tagħlim hu l-għajn ta’ kull ġid. 90 sena! 90 memorja!... Ad multos annos, Kelinu!
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/67184
ISBN: 9789995719111
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduES

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
90_sena_90_tifkira_telefonati_waqt_il-pandemija_2020.pdf5.61 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.