Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78083
Title: Żerniq u għabex : damma ta' kitbiet : vol. 001
Authors: Grech, Charles Peter
Keywords: Maltese poetry -- 20th century
Poets, Maltese -- 20th century
Issue Date: 1971
Publisher: Union Press
Citation: Grech, C. P. (1971). Żerniq u għabex : Damma ta' kitbiet : Vol. 001. Malta: Union Press.
Abstract: Il-poeti ta' din il-ġabra, iktar milli żgħażagħ, nistgħu nsejħulhom "tfal" jekk mhux għal kollox "trabi", għaliex fis-sewwa, uħud minnhom ma għandhomx iżjed minn tmintax-il sena, waqt li l-ikbar foshom ma jaqbizx il-ħamsa u għoxrin. Il-biċċa il-kbira tagħhom warrbu fil-ġenb il-forma klassika tal-poeżija biex imxew fuq il-forom ġodda li jgħaddu mingħajr ir-regoli tradizzjonali tar-rimi, l-aċċenti u s-sillabi u jersqu lejn il-proza. lzda f'ħafna minn dawn il-versi nsibu t-togħma tal-pessimiżmu kosmiku li fih tidher, madankollu, is-sensibbilta', u għaldaqstant in-niket li jwassal hekk tajjeb għall-armonija. Xi kritiċi donnhom jistagħġbu għaliex it-tematika tal-poeti żgħażagħ tiġbed mill-egħjun tat-tiġrib qares tal-ħajja meta, skond dawn il-kritiċi, iż-żgħażagħ, kif wieħed jistenna, imisshom igħannu s-sbuħija tar-rebbiegħa fi huma jnsabu għaddejjin minnha, jew waslu għaliha. Ta' min iwieġeb hawnhekk li iżjed ma l-għana tal-poeta jkun imnikket iżjed dak il-għana jisbieħ u jogħla mal-muntanja ta' l-Elikona. Għalhekk min hu għoni bis-sensibbilta' ma jistax ma jintlaqatx min-niket tal-ħajja u jasar biex ifisser is-sentimenti kiebja tiegħu, saħanistra dwar il-mewt li għalih tkun għadha 'l bogħod iżda li jaf fi qabel jew wara trid tasal, kif f'xi każi ġa tkun waslet, fuq issieru jew ommu. L-arti, wara kollox tinbena sħiħa fuq is-sisien ta' l-imrar li wkoll iż-żagħżugħ jista' jkun daq, Imqar jekk fis-snin bikrija ta' ħajtu. Għadna fi dawn il-poeti huma żgħażagħ, biċċa minnhom "tfal" u għalhekk diversi drabi ma tonqosx l-inġenwita' waqt li drabi oħrajn kultant jaqgħu fil-poeżija "barokka". Iżda l-ħrara kbira tagħhom biex ifissru dak li jħossu f'qalbhom jistħoqqilha kull ammirazzjoni. Ftit minnhom, imbagħad, irnexxielhom joħorġu b'xi versi li juru ħsibijiet ta' ċerta maturita'. Minn din il-kotra ta' poeti mlaqqgħin flimkien f'dan il-ktieb għad ikun hemm dawk il-ftit li maż-żmien għad nisimgħu bihom aktar, b'riżq għal-letteratura u l-poetika Maltija.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/78083
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Żerniq_u_għabex_Damma_ta_kitbiet_Vol_001_1971.PDF
  Restricted Access
4.73 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.