Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79905
Title: Analiżi soċjolingwistika ta’ gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi
Authors: Grima, Cherise-Marie (2021)
Keywords: Maltese language -- Phonetics
Maltese language -- Orthography and spelling
Maltese language -- Variation
Sociolinguistics -- Malta
Issue Date: 2021
Citation: Grima, C.-M. (2021). Analiżi soċjolingwistika ta’ gruppi ta’ varjanti fonetiċi-ortografiċi (Bachelor's dissertation).
Abstract: Din it-teżina ser tkun qed tkompli tibni fuq teżijiet oħra preċedenti li trattaw il-varjanti fonetiċi-ortografiċi fil-Malti. Dan il-qasam ġie trattat għall-ewwel darba minn Ancel Cefai fl-2013, minn Gabriella Mifsud fl-2016, segwita minn Alexia Saliba fl-2018, u fl-aħħar nett minn Kimberly Hatherly fl-2020. Dawn it-teżijiet iffukaw fuq gruppi partikolari ta’ varjanti. Fix-xogħol tiegħi ser inkun qed nagħmel referenza għalihom u fejn ikun possibbli nqabbel ir-riżultati miksuba minn dan l-istudju mar-riżultati li sabu dawn ir-riċerkaturi. Barra minn hekk, fit-tieni kapitlu se nagħmel għadd ta’ referenzi għal xogħlijiet oħra barranin li jitkellmu dwar il-varjazzjoni lingwistika, dan minħabba li dawn il-varjanti ma nsibuhomx biss fil-Malti, imma anke f’lingwi oħra barranin. Il-kapitlu tal-Metodoloġija ser jittratta l-proċess kollu ta’ dan l-istudju. L-ewwel taqsimiet ser jiffokaw fuq kif ġew magħżula l-varjanti u l-varjabbli soċjolingwistiċi flimkien mal-għażla tal-parteċipanti. Wara ser nitkellem fuq kif ġew imfassla l-kwestjonarji li permezz tagħhom stajt niġbor l-informazzjoni meħtieġa, li tista’ titqies li hija l-qofol tal-istudju. Naturalment, qabel ma sar l-istudju propja, kelli nagħmel studju pilota li serva ta’ gwida għal meta ġejt biex nagħmel l-istudju attwali tiegħi u swieli ta’ għajnuna kbira biex inkun naf kif se nikkomunika mal-parteċipanti tiegħi li ma stajtx niltaqa’ magħhom fiżikament minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-qofol ta’ dan l-istudju jintlaħaq fl-analiżi li hija maqsuma fi tliet kapitli differenti. Fl-ewwel żewġ kapitli ser nittratta l-għażla tal-varjanti tal-120 parteċipant f’relazzjoni mal-varjabbli soċjolingwistiċi magħżula għall-istħarriġ – fl-ewwel kapitlu l-varjabbli tal-età, u fit-tieni kapitlu l-varjabbli tal-ġeografija. Barra minn hekk, dawn iż-żewġ kapitli ser jinqasmu f’żewġ taqsimiet. Fl-ewwel taqsima ser niffoka fuq 60 parteċipant li mlew il-kwestjonarju darba bil-kitba, u t-tieni taqsima ser tittratta s-60 parteċipant l-oħra li l-ewwel imlew il-kwestjonarju bil-fomm, u wara ġimagħtejn bil-kitba. Fl-aħħar kapitlu jitqabblu r-riżultati miġbura mill-kwestjonarji tal-kitba mal-frekwenza tagħhom fil-Korpus tal-Malti. Fl-aħħar nett, nagħlaq din it-teżina b’konklużjoni ġenerali dwar ir-riżultati miksuba, niddiskuti jekk joħorġux xi tendenzi partikolari dwar il-kategoriji ta’ varjanti studjati. Barra minn hekk, nagħti xi suġġerimenti dwar xi studji li jistgħu jsiru fil-futur f’dan il-qasam.
Description: B.A. (Hons)(Melit.)
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/79905
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2021
Dissertations - FacArtMal - 2021

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
21BAMAL009.pdf
  Restricted Access
3.84 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.