Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/80254
Title: Pietru Caxaru u l-Kantilena tiegħu
Authors: Montebello, Mark F.
Keywords: Caxaro, Pietru, c.1400-1485. Cantilena -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- History and criticism
Maltese poetry -- History and criticism
Issue Date: 1992
Citation: Montebello, M. F. (1992). Pietru Caxaru u l-Kantilena tiegħu. Malta: s.n.
Abstract: Is-sejba tal-Kantilena ta' Pietru Caxaru fl-1966 minn G. Wettinger u M. Fsadni, kienet tabilhaqq rizq qatt mistenni u kbir ghal-letteratura Maltija. Hija tat xhieda li lsienna ilu aktar minn hames sekli jinkiteb, sahansitra f'sura mirquma. B'hekk l-isem li qabel ftitli xejn kienu semghu bih, Pietru Caxaru, sar isem ewlieni. Ix-xewqa li jingabar taghrif fuq min kien dan il-bniedem telghet fil-wicc mill-ewwel waqtiet tas-sejba tax-xoghol tieghu. Kemm Professur Wettinger kif ukoll Patri Fsadni meddu ghonqhom halli jaqtghu din ix-xewqa. Il-hidma taghhom kienet kbira u iebsa. Fejn waslu huma mhux la kemm jasal haddienor. Tassew li ghad fadal x'naqdfu halli l-hajja u l-grajja ta' Pietro Caxaru johorgu kollha ghad-dawl, izda dan il-hobz jehtieg snien li jafu jikluh, u minn dawn ftit ghandna. L-1485 hija s-sena li fiha Caxaru radd gismu lill-art. Ix-xahar kien Awissu. Il-jum m'huwiex maghruf s'issa. Fil-wirt tieghu, miktub ftit qabel ma miet, halla kulma kellu lill-patrijiet dumnikani tar-Rabat. Ghamel ukoll tajjeb halli tinbena kappella fil-knisja l-gdida taghhom li kienu qeghdin jibnu fuq il-ghar fejn qabel kien inghad li dehret il-Madonna. Pietru ried li din il-kappella tkun mahtura lill-Madonna tas-Sokkors u tied ukoll li jindifen fiha hekk malli tinbena. Sa tnax-il sena wara x-xewqa tieghu kienet inqatghet. Din il-kappella ghadha wieqfa sa llum. Tabilhaqq, nistghu nifhmu li fi zmien hames sekli sarulha hafna tibdiliet. Izda jibqa' l-fatt li dan huwa l-post tad-difna ta' Caxaru, u ghalhekk post tassew ta' qima ghal kull min ihobb lil art twelidu. Hija din il-qima li qeghdin inroddu minn qalbna b'dan il-ktejjeb u bil-mafkar li se jibqa' jxandar il-gieh ta' l-ilsien li jaghmilna Maltin. Naghlaq billi nizzi najr lil Godfrey Wettinger u lil hija dumnikan Mikiel Fsadni mhux biss ta' l-ghajnuna qawwija li tawni izda wkoll ghall-hidma siewja li ghamlu b'rizq art twelidna. Din it-tifkira hija turija ta' radd il-hajru gieh moghtmai lilhom.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/80254
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Pietru_Caxaru_u_l-Kantilena_tiegħu_1992.pdf
  Restricted Access
5.62 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.