Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82229
Title: Anton Buttigieg : poeta
Authors: Abela, Carmen (1971)
Keywords: Buttigieg, Anton, 1912-1983
Poets, Maltese -- Malta
Maltese poetry -- 20th century
Poets -- Malta -- Biography
Issue Date: 1971
Citation: Abela, C. (1971). Anton Buttigieg : poeta (Bachelor's dissertation).
Abstract: Anton Buttigieg twieled fid-19 ta' Frar 1912, fid-dar numru 11, Triq in-Nadur, il-Qala, Għawdex. Missieru Salvatore u ommu Ċonċetta Falzon rabbew lil uliedhom (Anton, Joseph, Mary u Mary li kienet mietet ta' ħmistax -il sena) skond id-drawwiet tar-raħal tagħhom fejn il-ħajja tinġabar madwar il-knisja tar-raħal. "Ommi kienet mara tipikament Għawdxija. Kienet tilbes l-għonnella u taħdem il-bizzilla. Kienet taf issajjar l-ikel kollu Malti, taf l-ismijiet tal-ħxejjex kollha Maltin, tad-duwa u ta' l-istaġuni. Fuq kollox kienet taf il-lingwa Maltija bil-frażijiet, il-proverbji u l-qwiel kollha tagħha. Fl-eta ta' tmenin sena missieri kien ikisser il-ġewż taħt snienu u b'idejh. In-nannu kien ukoll ibaħħar, u fl-aħħar snin ta' ħajtu kien jaħdem fl-għelieqi, fejn jien kont ngħaddi bosta sigħat nimmedita fil-kwiet". Il-ħajja ta' madwaru nfluwenzatu ħafna kif naraw minn kliemu stess. "Għalhekk l-ambjent tiegħi kien kollu Malti, u li nitgħallem dak kollu li huwa Malti, fuq kollox il-ħajja tal-ħaddiem, tal-bidwi, tal-baħri, tas-sajjied." Dan hu kollu minnu għax naraw ir-rifless tagħhom fil-poeżija tiegħu, kif jistqarr huwa nnifsu. Iżid igħid li "id-Dgħajjes tal-Latini" huma d-dgħajjes li hu kien jara ħerġin mill-Imġarr u li kienu jfakkruh f'missieru li kien jixxabbat ma' l-arbli tagħhom. It-tfulija tiegħu Anton Buttigieg ma setax ma jgħaddihiex bħalma kienu jgħadduha l-biċċa l-kbira tat-tfal ta' dak iż-żmien u għalhekk postijiet bħalma huma "il-Wardija", "Fuq il-Ġebel", "Wara l-Bejt", "Tas-Salib", il-"Wileġ", "Tal-Marġa", "Il-Ħalq" u "Ħondoq ir-Rummien" żarhom tant drabi li jinħassu li għadhom magħġunin mal-psikoloġija tiegħu.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82229
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.(HONS)MALTESE_Abela_Carmen_1971.pdf
  Restricted Access
36.6 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.