Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82898| Title: | Traduzzjoni u analiżi ta’ xi kapitli mill-ktieb ‘Diarios de Motocicleta’ ta’ Ernesto Guevara |
| Authors: | Azzopardi, Elizabeth (2021) |
| Keywords: | Guevara, Che, 1928-1967. Notas de viaje Guevara, Che, 1928-1967 -- Translations into Maltese South America -- Description and travel South America -- Social conditions -- 20th century |
| Issue Date: | 2021 |
| Citation: | Azzopardi, E. (2021). Traduzzjoni u analiżi ta’ xi kapitli mill-ktieb ‘Diarios de Motocicleta’ ta’ Ernesto Guevara (Master's dissertation). |
| Abstract: | L-għan prinċipali ta’ dan ix-xogħol hu li jiġu tradotti siltiet mill-ktieb 'Diarios de Motocicleta: Notas de viaje por América Latina' ta’ Che Guevara, mill-Ispanjol għall-Malti. Fit-traduzzjoni kemm jista’ jkun possibbli ser jitwasslu l-istess messaġġi, effetti u deskrizzjonijiet lill-qarrej tal-lingwa fil-mira, jiġifieri tat-test tradott. Sabiex dan l-iskop jintlaħaq b’suċċess, it-test sors ried jinqara kollu u għal diversi drabi sabiex it-traduttur jeliċita kull tifsir. Fl-ewwel kapitlu ta’ din id-dissertazzjoni tingħata ħarsa ġenerali lejn it- traduzzjoni letterarja b’rabta mal-ġeneru tad-djarju. Tingħata wkoll deskrizzjoni u introduzzjoni għall-karattru rivoluzzjonarju ta’ Che Guevara u l-ktieb tiegħu Diarios de Motocicleta: Notas de viaje por América Latina. Fit-tieni kapitlu tingħata spjegazzjoni iktar fil-fond tal-għan ta’ dan ix-xogħol b’rabta mat-teoriji ta’ Reiss,Vermeer u Umberto Eco. Aktar tard fil-kapitlu nidħlu aktar fil-qrib u nitkellmu dwar it-traduzzjoni letterarja f’Malta kif ukoll dwar l-influwenza tal-kultura u l-lingwa Spanjola f’Malta. It-tielet kapitlu huwa x- xogħol ewlieni ta’ dan l-istudju. Dan il-kapitlu jinkludi fih it-traduzzjoni tal-ewwel seba’ siltiet tal-ktieb u tal-aħħar żewġ siltiet, kif ukoll sommarji tas-siltiet mhux inklużi fit- traduzzjoni. L-isfidi li nqalgħu matul il-proċess tat-traduzzjoni ser jiġu mniżżlin fin-noti f’qiegħ il-paġna u magħhom ser ikun hemm ukoll spjega tad-deċiżjonijiet li ttieħdu. It- traduzzjoni tal-kapitli magħżula ser tkun ippreżentata f’forma parallela, sabiex wieħed ikun jista’ faċilment iqabbel it-test sors mat-test mira. Wara t-traduzzjoni ser ikun hemm kapitlu ddedikat għall-analiżi, fejn ser jiġu elaborati u spjegati iktar fil-fond dawn in-noti u kif ukoll ir-riċerka li saret. |
| Description: | M.Trans. (Melit.) |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/82898 |
| Appears in Collections: | Dissertations - FacArtTTI - 2021 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| 20MATTI004.pdf | 2.12 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
