Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/89391| Title: | Tkattir tal-pjanti |
| Authors: | Caruana, Peter, A. |
| Keywords: | Plants -- Malta Plant varieties -- Malta Planting -- Malta |
| Issue Date: | 1969 |
| Publisher: | National Press |
| Citation: | Caruana, Peter A. (1969). Tkattir tal-pjanti. Malta: National Press. |
| Abstract: | Fit-tnax-il sena li ilni f'kuntatt dirett mal-bdiewa u d-dilettanti, għaraft sewwa kemm it-tkabbir u t-tkattir tal-pjanti huwa għal qalb il-poplu Maiti. Ilni ħafna naħseb biex xi darba nxandar ktieb li jkun fih it-tagħrif meħtieġ dwar it-tkattir tal-pjanti, iżda daqqa għax hekk u oħra għax hekk ma stajtx insib ħin biżżejjed biex niġbor it-tagħrif kollu li jidhirli huwa meħtieġ għal min ikabbar il-pjanti. Fl-aħħar intfajt b'ruħi u ġismi, kif ngħidu, fuq dan ix-xogħol u lestejt il-materjal biex jiġi stampat fi ktieb. Imma lanqas b'hekk ma kont kuntent. Komplejt norqom aktar it-tagħrif li kelli u waqt li żidt xi ħaġa, neħħejt ukoll tagħrif ieħor li kelli lest fuq pjanti li ftit li xejn insibuhom għal qalb dawk li jkabbru l-pjanti. Il-ktieb huwa mqassam f'żewġ taqsimiet: l-ewwel waħda fiha tagħrif ġenerali li jeħtieġu l-pjanti kollha u wkoll is-siġar li nkabbru fil-ġonna tagħna, waqt li t-tieni taqsima tiġbor għadd ta' pjanti li nistgħu ngħidu nsibuhom għal qalb kulħadd. Hemm ħafna u ħafna pjanti oħra li ma semmejtx fil-ktieb taħt l-isem partikulari tagħhom, iżda dawn jaqgħu, il-biċċa l-kbira taħt xi waħda mill-ispeċi msemmijin fil-ktieb. Għalhekk, billi kien ikun impossibbli li nagħti tagħrif dwar kull pjanta partikulari, għax kont inkun irrid volumi biex jesgħu t-tagħrif kollu, żammejt kemm stajt fuq l-ispeċi l-aktar popolari u warrabt l-oħrajn li deherli huma aktar għal dawk li jispeċjalizzaw fit-tkattir tal-pjanti. Hemm ħafna u ħafna pjanti oħra li ma semmejtx fil-ktieb taħt l-isem partikulari tagħhom, iżda dawn jaqgħu, il-biċċa l-kbira taht xi waħda mill ispeċi msemmijin fil-ktieb. Għalhekk, billi kien ikun impossibbli li nagħti tagħrif dwar kull pjanta partikulari, għax kont inkun irrid volumi biex jesgħu t-tagħrif kollu, ammejt kemm stajt fuq l-ispeċi l-aktar popolari u warrabt l-oħrajn li deherli huma aktar għal dawk li jispeċjalizzaw fittkattir tal-pjanti. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/89391 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCAgrPC |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Tkattir_tal_pjanti.pdf Restricted Access | 53.58 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
