Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/89398| Title: | Il-Konvenzjoni Ewropea fuq id-drittijiet tal-bniedem |
| Authors: | Kunsill ta' l-Ewropa |
| Keywords: | European Union -- Legal status, laws, etc. -- Civil rights Europe -- Economic conditions Europe -- Social conditions Congresses and conventions -- Europe Human rights -- Europe |
| Issue Date: | 1968 |
| Publisher: | Diretturat ta' l-Informazzjoni, Kunsill ta' l-Ewropa |
| Citation: | Kunsill ta' l-Ewropa. (1968). Il-Konvenzjoni Ewniedem. Strasbourg: Diretturat ta' l-Informazzjoni, Kunsill ta' l-Ewropa. |
| Abstract: | Fl-okkażjoni ta' l-għoxrin anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti ipproklamat l-1968 bħala s-Sena Internazzjonali tad-Drittijiet taf-Bniedem. Il-Kunsill ta' l-Ewropa jħossu kburi li jinnota illi ta effett għad-Dikjarazzjoni Universali, fuq bażi reġjonali, bil-konklużjoni fl-1950 tal-Konvenzjoni Ewropea fuq id-Drittijiet taf-Bniedem u Libertajiet Fondamentali. Din il-Konvenzjoni, u Protokoll konkluż fl-1952, ittrasformaw ħmistax mill-prinċipji proklamati min-Nazzjonijiet Uniti f obbligi legali, li għalhekk jiggarantixxu d-drittijiet u libertajiet ċivili u politiċi fondamentali tal-Bniedem. Ġew imwaqqfa Kummissjoni Ewropea u Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem; l-elaborazzjoni tagħhom ta' ġurisprudenza sostanzjali ipproteġġiet tant l-istati u l-individwi u b' hekk għamlet din il-garanzija effettiva. Iżda l-Bniedem huwa individwu li jgħix f'soċjeta' moderna komplessa, u l-Karta Soċjali Ewropea, konvenzjoni konkluża mill-Kunsill fl-1961, tittratta fuq iddrittijiet ekonomiċi u soċjali tiegħu, u tirrikonċjalhom mal-ħtiġiet tas-Soċjeta'. L-għoxrin anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-1968 jaħbat fil-ħmistax l-anniversarju ta' meta bdiet isseħħ il-Konvenzjoni Ewropea. Dan il-librett ġie magħmul fl-okkażjoni tas-Sena Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem, biex ifisser il-funzjonijiet taf-Konvenzjoni Ewropea: liema drittijiet huma protetti, kif jaħdmu l-Kummissjoni u l-Qorti, liema Stati huma marbuta bid-disposizzjonijiet tagħha u liema minnhom aċċettaw il-klawżoli fakoltattivi dwar id-dritt ta' petizzjoni individwali li l-Kummissjoni u l-ġurisdizzjoni obbligatorja tal-Qorti. It-test tal-.Konvenzjoni u l-Protokolli huma inklużi wkoll. L-Istati Membri taf-Kunsill ta' l-Ewropa, mogħtija għal-liberta' individwali, għal-liberta' politika u għas-supremazija tal-liġi, għamlu kontribuzzjoni kbira għax-xogħol tan-Nazzjoni- jiet Uniti billi addattaw dawn id-dokumenti, li jikkostitwixxu l-garanzija effettiva tad-drittijiet u libertajiet ta' l-individwu bħala membru tas-soċjeta. Għalhekk huwa xieraq illi l-Kunsill ta' l-Ewropa ikun minn ta' quddiem iċ-ċelebrazzjoni tas-Sena Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/89398 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCLawEur |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il_Konvenzjoni_Ewropea_fuq_id_drittijiet_tal_bniedem.pdf | 3.82 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
