Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90783
Title: Storja ta' l-edukazzjoni f'Malta
Authors: Camilleri, Joseph J. (1964)
Keywords: Education -- Malta -- History
Education -- Malta -- Gozo -- History
Educational anthropology -- Malta
Educational evaluation -- Malta
Issue Date: 1964
Citation: Camilleri, J. J. (1964). Storja ta' l-edukazzjoni f'Malta (Bachelor’s dissertation).
Abstract: S'issa, l-Istorja ta' l-Edukazzjoni f'Malta għadha mhix miktuba. Saru. xogħolijiet minn diversi studjużi, iżda l-istħarriġ tagħhom ma wassalx ħlief għal trufijiet 'l hawn u 'l hinn. Xogħol serju u iżjed ta' reqqa kif wieħed jixtieq għad irid isir. Min jidħol għal dan ix-xogħol ikollu għadma iebsa xi jkisser; iżda jien żgur li jekk isir xjentifikament ikun mill bidu sa l-aħħar interessanti. Min jikteb l-Istorja jgħid il-fatti, iċ-ċirkustanzi li ġraw fihom, ir-raġunijiet li wasslu għalihom u bla biża' li joffendi lil xi ħadd ma jzidhom la jnaqqashomx jew jgħawwiġhom. Xi drabi, is-sewwa bħax-xemx ma nħarsux dritt lejha għax tgħammixna. Kemm hawn fostna li dejjem igħajtu bil kultura tagħna eluf ta' snin qadima! Fejn hi din il-kultura? Tidher f'dawk l-eluf li sa lbieraħ lanqas kienu jafu ħażin hażin iżażżu isimhom. Insibuha fid-djar qodma u ser jaqgħu fejn ulied il-ħaddiem mgeddsin fuq xulxin kienu taparsi jmorru l-iskola. Tixhed għaliha l-Liġi ta' l-Attendenza Obbligatorja fl-Iskejjel Primarji li biex rat id-dawl kellna nistennew sal-1946. Ma nafx kif nistgħu nitkellmu fuq kultura meta niftakru li n-numru ta' tfal li jirnexxilhom jidħlu fi skola sekondarja għadu hekk limitat sal-lum. L-Istorja ta' l-Edukazzjoni f'Malta ma hi xejn glorjuża. Il-progress li sar kien f 'dawn l-aħħar snin biss. Amministrazzjonijiet barranin, piki u nteressi personali fil-politika lokali u bruda mill-kapijiet żammew l-edukazzjoni lura. Il-gvernijiet donnhom kienu jahsbu li l-flus investiti fl-edukazzjoni hu kapital moħli li ma jħallix interessi.
Description: B.A.GEN.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/90783
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 1964-1995
Dissertations - FacArtMal - 1964-2010

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
B.A.GEN._Camilleri_Joseph_J_1964.pdf
  Restricted Access
10.64 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.