Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92622
Title: Fair play għal kulħadd
Authors: Malta. Ministry for Youth and Culture
Authors: Frendo, M.
Keywords: Sportsmanship -- Malta
Professionalism in sports -- Malta
Sports -- Malta
Sports -- Psychological aspects
People with disabilities -- Malta
Youth -- Malta
Issue Date: 1993
Publisher: Malta : Ministeru taż-Żgħażagħ u tal-Kultura
Citation: Frendo M. & Ministeru taż-Żgħażagħ u tal-Kultura. (1993). Fair play għal kulħadd. Malta: Ministeru taż-Żgħażagħ u tal-Kultura.
Abstract: Madwar għoxrin sena ilu, kummissjoni maħtura apposta mill-Kumitat Internazzjonali għall-Fair Play kienet ippubblikat dikjarazzjoni dwar il-fair play li serviet minn dak iż-żmien bħala gwida fil-kwistjoni tal-fairplay. Il-fair play huwa fost il-kwistjonijiet fondamentali li jikkonċernaw il-ġejjieni ta' l-isport. Huwa fuq l-eżempju ta' fair play fl-isport li s-soċjetà għandha tinbena u mhux fuq il-vjolenza jew il-kilba għas-suċċess bla kont ta' xejn. Biex wieħed iħajjar il-fair play, mhux biżżejjed li jillimita ruħu jagħmel lappelli. Hemm bżonn li ssir xi ħaġa konkreta biex ikun żgurat fl-isport l-element tal-korrettezza u tal-ġustizzja. U dan il-bżonn huwa urġenti f'kull livell ta' l-isport, kemm fl-isport għaż-żgħażagħ kif ukoll fl-isport kompetittiv, kemm fl-isport tal-massa kif ukoll fl-isport għal persuni b 'diżabilità. Is-sena li waslet biex tagħlaq kienet tassew is-Sena ta' l-Isport u kienet mimlija daqs bajda bl-attività sportiva. Kienet ukoll karatterizzata mill-bini ta' impjanti ġodda u mit-titjib ta' oħrajn eżistenti. Din il-pubblikazzjoni hija ħidma konkreta biex il-prinċipji tal-fair play inxerrduhom fi ħdan il-qasam sportiv biex qatt ma nitilfu l-valuri l-aktar fondamentali ta' l-isport. Is-suċċess mhux biss li tirbaħ. Li tikkompeti filwaqt li tipprattika l-fair play huwa suċċess fih innifsu ferm aktar minn kull rebħa. Din hija l-isfida għalina lkoll: li nqiegħdu fuqnett il-valur tal-fairplay u niżguraw li dan jirbaħ fuq il-kummerċjalizzazzjoni sfrenata u l-kompetizzjoni bla sens ta' etika.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/92622
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCEduSAE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Fair_play_ghal_kulhadd.pdf
  Restricted Access
2.3 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.