Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93033
Title: Ħassieb serju (kummentarju kritiku fuq "Il-Gidba" ta' Oliver Friggieri)
Authors: Briffa, Charles
Keywords: Friggieri, Oliver, 1947-2020. Il-Gidba -- Criticism and interpretation
Maltese literature -- 20th century -- History and criticism
Maltese fiction -- 20th century -- History and criticism
Authors, Maltese -- 20th century
Friggieri, Oliver, 1947-2020. Il-Gidba -- Criticism, Textual
Issue Date: 1994
Publisher: Agius & Agius
Citation: Briffa, C. (1994). Ħassieb serju (kummentarju kritiku fuq "Il-Gidba" ta' Oliver Friggieri). Malta: Agius & Agius.
Abstract: Dan il-kummentarju kritiku juri kif ir-rumanz ta' l-ideat għandu bżonn tar-realiżmu u tal-karattri bħala materjal li fih jabitaw id-diskussjonijiiet. Infatti, l-ideat huma r-ruħ ta' Il-Gidba. Huma l-argumenti loġiċi li jaħdmu sabiex jagħtu sħuħija lir-rumanz. Charles Briffa juri kif il-loġika f'dan ir-rumanz hija l-palk tad-drama tal-ħajja. Juri kif għal Friggieri l-kitba tar-rumanz hija l-lanċa li taqsam minn moħħ il-kittieb għall-pubbliku: twassal l-ideat soċjali tiegħu lill-udjenza ħerqana li tiskopri ftit mill-moralità u l-attitudnijiet ta' niesna. Briffa jidhirlu li r-rumanzier qiegħed jitkellem f'isem il-moħħ modern Malti li jara l-valuri u d-drawwiet ta' missirijietna bħala ingassa li toħnoq. Fl-istess ħin ir-rumanzier donnu qiegħed jesperimenta sabiex jara kif it-tradizzjoni tista' toqgħod għall-attitudnijiet ġodda li qegħdin jaslu mal-bidla soċjali ta' Malta. Il-moħħ modern iħoss li għandu jsemma' leħnu. Skond Briffa, l-għan ta' Friggieri huwa primarjament li jippopolarizza b'mod effettiv l-ideat li qegħdin jisfidaw it-tradizzjoni tas-soċjetà tagħna. Id-dinja ta' Friggieri hija soċjalment u moralment relevanti għat-tensjonijiet u t-twegħir ta' żmienna. Il-kummentarju kritiku għandu jqanqal bosta punti ta' diskussjoni fuq il-letteratura għax il-ħsieb tiegħu huwa li jinbex l-intellett ta' min irid jieħu l-letteratura bis-serjetà.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/93033
ISBN: 9990996164
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCL&LMlt

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Ħassieb_serju_kummentarju_kritiku_fuq_il_Gidba_ta'_Oliver_Friggieri.pdf
  Restricted Access
4.08 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.