Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94955| Title: | Il-pedament patristiku tal-Kattoliċiżmu ta’ John H. Newman |
| Authors: | Farrugia, Jonathan |
| Keywords: | Newman, John Henry, 1801-1890 Newman, John Henry, 1801-1890 -- Philosophy Fathers of the church Church -- Study and teaching |
| Issue Date: | 2020 |
| Publisher: | Pubblikazzjonijiet Dumnikani |
| Citation: | Farrugia, J. (2020). Il-pedament patristiku tal-Kattoliċiżmu ta’ John H. Newman. Knisja Elfejn, 32(134), 59-67. |
| Abstract: | Jekk xi ħadd ifittex lista kronoloġika ta’ kotba u kitbiet li ħarġu mill-pinna tal-Kardinal Newman, jinnota li fil-quċċata hemm The Arians of the Fourth Century, studju kontroversjali u monumentali li ġie ppubblikat għall-ewwel darba fl-1833 u li mbagħad Newman stess ħareġ verżjoni ġdida tiegħu fl-1871. Wara din is-sena Newman ħareġ ftit kotba oħra, li wieħed minnhom kien reviżjoni ta’ ktieb aktar bikri dwar it-Trattati ta’ San Atanasju, il-patrijarka ta’ Lixandra, li ħadem bis-sħiħ biex juri aktar ċar l-iżball tad-dixxipli ta’ Arju wara l-Konċilju ta’ Niċea.3 Mil-lista kronoloġika ta’ xogħlu, għalhekk, faċli ninnutaw li l-Missirijiet tal-Knisja, speċjalment dawk tar-raba’ seklu, u t-tagħlim tagħhom kienu preżenza kontinwa fil-ħajja ta’ Newman, kemm bħala teologu Anglikan, u wisq aktar bħala teologu u saċerdot Kattoliku. Fil-fatt hu stess kien kiteb, f’ittra lill-ħabib tiegħu E.B. Pusey, li “il-Missirijiet għamluni Kattoliku, u m’iniex sejjer inwaqqa’ s-sellum li għenni nasal sal-Knisja.”4 Il-Missirijiet tal-Knisja, għalhekk, għal Newman ma kinux biss suġġett interessanti u importanti, imma kienu letteralment evanġelizzaturi li wassluh, fil-mixja tiegħu bħala bniedem u bħala nisrani, biex jasal għall-milja tal-verità, jingħaqad mal-Knisja Kattolika u jibqa’ fidil lejha anke f’mumenti ta’ prova. Xi ftit jew wisq nistgħu ngħidu li l-Missirijiet għamlu ma’ Newman, mijiet ta’ snin wara mewthom, dak li tħabtu tant biex jagħmlu matul ħajjithom: wassluh għall-verità. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94955 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCPPRChr Scholarly Works - FacTheCHPPA |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Farrugia Jonathan, Il-pedament patristiku ta' John Henry Newman.pdf | 343.38 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
