Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94962
Title: L-interpretazzjoni tal-figura ta’ Mosè fil-kitbiet ta’ San Girgor ta’ Nissa
Authors: Farrugia, Jonathan
Keywords: Gregory, of Nyssa, Saint, approximately 335-approximately 394
Moses (Biblical leader)
Fathers of the church
Issue Date: 2021
Publisher: Pubblikazzjonijiet Dumnikani
Citation: Farrugia, J. (2021). L-interpretazzjoni tal-figura ta’ Mosè fil-kitbiet ta’ San Girgor ta’ Nissa. Knisja Elfejn, 33(138), 37-45.
Abstract: Spiss insibu li l-eqdem ħassieba nsara kienu jużaw persunaġġi mit- Testment il-Qadim biex iwasslu messaġġ kontemporanju għal żmienhom. Figura importanti u kolossali bħalma hija dik ta’ Mosè ma setgħetx tkun eċċezzjoni. Fost il-kittieba li għamlu użu estiż minn dan il-persunaġġ insibu lil San Girgor ta’ Nissa, kittieb mill-Kappadoċja li għex bejn is-snin 335 u 395, u li kien fost l-aktar teoloġi importanti ta’ żmienu. Jekk inżommu mal-kitbiet awtentiċi tan-Nissen insibu li Mosè jissemma madwar 175 darba f’25 kitba differenti.1 Il-kuntesti huma mill- aktar varjati: trattati polemiċi, kitbiet ta’ eseġesi, omeliji... Ma tonqosx kitba li hija biografija spiritwali ta’ Mosè innifsu, li hija meqjusa bħala waħda mill-aqwa kitbiet mistiċi li ħallielna dan il-ħassieb. Dan kollu huwa prova ta’ kemm Girgor kien iħares lejn Mosè bħala “għodda” tajba biex iwassal il-messaġġ tiegħu, li spiss kien idur fuq il-mixja spiritwali tar-ruħ lejn il-maħbub tagħha. F’dan l-istudju se nieħdu togħma fil-qosor ħafna ta’ wħud mill-aktar referenzi importanti li jsiru lil dan il-persunaġġ f’dawn il-kitbiet.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/94962
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr
Scholarly Works - FacTheCHPPA



Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.