Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97895
Title: Kollezzjonijiet ta' mużika f'Malta bejn l-1850 u l-1950 b'referenza partikolari għall-Kollezzjoni Gatt
Authors: Scicluna, Keith (2009)
Keywords: Wignacourt Museum (Rabat, Malta). Gatt Collection
Sacred music -- Malta -- Rabat -- Archival resources
Sacred music -- Malta -- History -- 19th century
Sacred music -- Malta -- History -- 20th century
Issue Date: 2009
Citation: Scicluna, K. (2009). Kollezzjonijiet ta' mużika f'Malta bejn l-1850 u l-1950 b'referenza partikolari għall-Kollezzjoni Gatt (Diploma long essay).
Abstract: Il-mużika f’Malta minn nofs is-Seklu Dsatax sa nofs is-Seklu Għoxrin, kienet iddominata assolutament mill-mużika sagra ta' kompożituri Maltin u mill-mużika operistika mix-xena Taljana. In-nies ma tantx kellha opportunitajiet li tgawdi l-mużika fit-teatru u allura dik sagra kienet ħafna izjed konvenjenti. Minħabba f’hekk il-mużika sagra li writna matul dan il-perjodu, kien wieħed kbir ħafna. Sfortunatament il-ftit li kienu fil-quċċata ma tawx cans liI min kien forsi anqas popolari. Dan huwa fattur Ii jispikka hafna fl-istorja mużikali ta' pajjiċna u minħabba f’hekk għadna Iura milli nkunu nafu verament iI-wirt sħiħ Ii għandna u Ii saI-Ium għadu merfugħ fuq l-ixkaffi, kwazi minsi minn kulħadd. Kienu diversi I-kompozituri Maltin Ii ħallewina mijiet ta' xogħlijiet u Ii n-noti tagħhom għadhom qatt ma waslu f’widnejn in-nies. Allura x'wassaI għaI dan? Fejn qiegħda din iI-mużika kollha? U fuq kollox x'issarraf? Kien ghalhekk Ii ħsibt Ii fl-ewweI kapitlu nagħti stampa ċara taI-andament mużikali f’pajjiżna matuI dawn il-mitt sena (1850 - 1950) biex nagħti idea fejn spiċċat diI-muzika kollha. Wara se nkompli billi nidħoI f’aktar dettall dwar iI-kollezzjoni Gatt, kollezzjoni Ii tikkumplimenta sew maI-andament muzikali f’Malta, għax ghalkemm iI-famiija Gatt għaI tliet ġenerazzjonijiet sħaħ taw kontribut kbir fiI-qasam mużikali sagru, pero' ftit Ii xejn huma magħrufin, ħlief forsi mir-Rabtin, fejn iI-famiija Gatt għexet għal ħafna snin. Miniex se nagħmeI xi analiżi mużikali, għax mhux I-iskop ta' dan ix-xogħoI Ii qed nippreżenta, imma t-tagħrif Ii joħroġ minn din il-kollezzjoni huwa wieħed vast ħafna u jagħti dawI ġdid anke fuq dak li kien magħruf s'issa. Giovanni Battista, Lorenzo u Emmanuele Gatt fl-istorja huma biss tliet organisti taI-Katidral taI-Imdina, imma I-Kollezzjoni Gatt mizmuma fil-Mużew Wignacourt tar-Rabat, għad Ii m'hijiex kompleta, flimkien ma' xi dokumenti oħra mill-arkivji taI-istess KatidraI juruna xorta oħra. J’Alla dan ix-xogħoI tieghi flimkien ma' xogħoI ieħor Ii diġa' sar fuq din I-istess kollezzjoni ma jiqafx hawn imma jwassaI sabiex issir analiżi aktar estensiva ta' din il-kollezzjoni, u ħafna oħrajn bħalha, ħalli nerġgħu nagħtu vuċi lil dawk in-noti Ii għaI żmien twil ma semmgħux Ieħinhom.
Description: DIP.L.I.S.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/97895
Appears in Collections:Dissertations - FacMKS - 1988-2012
Dissertations - FacMKSLIAS - 1988-2011

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
DIP.L.I.S._Scicluna Keith_2009.PDF
  Restricted Access
14.35 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.