youth and the art
Does white signify something to you? How does the whiteness of milk differ from that of ice? What objects remind you of the colour white? White is symbolic in rituals and celebrations the world over and also in different contexts. It means something different to various people. It means something in particular to all of us.
The project BJUDA is an interdisciplinary and synesthesiac project that explores this colour and its hues in relation to its absence. It ties in together the different phases of our lives – from childhood to death putting youth in the midst – through bilingual poetry, photography and music.
The three main artists who came together for this project are Leanne Ellul, a writer of stories for children and for adults, and also poetry, Giola Cassar, an experienced photographic artist who exhibited her work both in Malta and abroad, and Kenneth Sacco, a musician and composer who will be sharing his music for the first time ever. The poems have been translated to English by Albert Gatt.
After months of research and exploration of the concept of whiteness, together with a workshop for youths, the project by these three artists will reach its peak through an interactive exhibition curated by Elyse Tonna and a book with a different format than usual designed by Zvezdan Reljić.
A number of events will be held during the exhibition period, namely a poetry reading, discussions and workshops with youths and adults alike. The exhibition is set to be inaugurated on the 9th of February and will be open for the following three weeks at Aġenzija Żgħażagħ, Santa Venera. The book can be acquired from said exhibition venue.
The exhibiton and the book itself are indeed an invitation to our audiences to be part of this whiteness.
This project is financed by Aġenzija Żgħażagħ on their 10th year anniversary.
Facebook: www.facebook.com/progettbjuda
Instagram: www.instagram.com/progettbjuda
iż-żgħożija u l-arti
Il-proġett BJUDA huwa proġett interdixxiplinarju u sinestetiku li jesplora dan il-kulur u l-isfumaturi tiegħu jew in-nuqqas tiegħu. Huwa proġett li jgħaqqad flimkien il-fażijiet differenti tal-ħajja – mit-tfulija sal-mewt biż-żgħożija fil-qofol – permezz tal-poeżija bilingwi, tal-fotografija u tal-mużika.
It-tliet artisti ewlenin involuti fil-proġett huma Leanne Ellul, kittieba ta’ għadd ta’ stejjer għat-tfal u għall-kbar, u anke tal-poeżija, Giola Cassar, artista li taħdem primarjament bil-fotografija u li esebixxiet ix-xogħol tagħha kemm Malta kif ukoll barra minn Malta, u Kenneth Sacco, mużiċist u kompożitur li qed iberraħ ix-xogħol tiegħu għall-ewwel darba. Il-poeżiji ġew tradotti għall-Ingliż minn Albert Gatt.
Wara xhur ta’ ħidma u esplorazzjoni ta’ dan il-kunċett, anke permezz ta’ workshop maż-żgħażagħ, il-proġett jilħaq il-qofol tiegħu f’wirja interattiva kkurata minn Elyse Tonna u ktieb f’format kemxejn differenti mis-soltu ddisinjat minn Zvezdan Reljić.
Matul il-perijodu tal-wirja se jkunu qed isiru diversi attivitajiet, fosthom qari, diskussjonijiet u workshops għaż-żgħażagħ u għall-pubbliku. Il-wirja se tiftaħ nhar id-9 ta’ Frar u ddum miftuħa tliet ġimgħat ġewwa l-Aġenzija Żgħażagħ, Santa Venera. Il-ktieb bix-xogħlijiet jista’ jinkiseb mill-istess post.
Il-wirja u l-ktieb infushom jistiednu lill-udjenza sabiex ikunu parti minn din l-esperjenza ta’ bjuda.
Dan il-proġett huwa ffinanzjat mill-Aġenzija Żgħażagħ f’għeluq l-10 snin mit-twaqqif tagħhom.
Facebook: www.facebook.com/progettbjuda
Instagram: www.instagram.com/progettbjuda