Nhar il-Ġimgħa 17 ta' Frar 2023 il-kumitat tal-grupp Ħsieb Ħieles organizza diskussjoni bl-isem Ir-Reliġjon: Trid tara biex temmen? Matul din id-diskussjoni tqajmu diversi punti marbutin, fost l-oħrajn, mas-simboli reliġjużi, l-ilbies, il-prattiċi reliġjużi, it-tagħlim tar-reliġjon u l-etika fl-iskejjel. Minbarra numru sabiħ ta' letturi u studenti, f'din id-diskussjoni ħa sehem ukoll Fr Bernard Micallef. Diskussjonijiet bħal dawn huma importanti għax jagħtu vuċi u spazju lill-opinjonijiet u l-ħsibijiet tal-istudenti filwaqt li jkunu qed jiddakkru mill-ħiliet li persuna trid biex trieġi diskussjoni ċivika.
