Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/24580
Title: Sottotitli bil-Malti tal-film ‘Skyfall’ (2012)
Authors: Ciappara, Daniel
Keywords: Skyfall (Motion picture : 2012)
English language -- Translating into Maltese
Dubbing of motion pictures
Issue Date: 2017
Abstract: Dan ix-xogħol huwa maqsum f’ħames kapitli ewlenin. Fl-ewwel kapitlu nagħti ħarsa lejn il-film inġenerali, il-plott u l-karattri prinċipali tiegħu. Dan sar biex b’hekk min ma jkunx ra l-film, ikun jista’ jkollu idea ġenerali dwar dawn l-aspetti. Barra minn hekk fil-kapitlu tal-analiżi spiss nagħmel referenza għal xi karattri mill-film u għalhekk ħassejt li tkun idea tajba li l-qarrej ikun jaf ftit informazzjoni dwarhom. Fit-tieni kapitlu nitkellem dwar it-traduzzjoni tas-sottotitli. Hawn nagħti definizzjoni ta’ x’inhi t-traduzzjoni tas-sottotitli, insemmi xi studjużi li taw kontribut għal din il-fergħa ta’ traduzzjoni u kif żviluppat maż-żmien, it-tipi differenti ta’ sottotitli jiġifieri dawk intralingwali, interlingwali u bilingwali, il-vulnerabbiltà tas-sottotitli interlingwali, ċerti soluzzjonijiet li t-traduttur jista’ jagħżel biex isolvi l-isfidi li jiltaqa’ magħhom u fl-aħħar nitkellem fuq it-traduzzjoni awdjoviżwali f’Malta. Fit-tielet kapitlu nagħti deskrizzjoni tal-metodoloġija li ntużat biex ġie tradott dan il-film. Nibda billi nitkellem fuq l-ewwel fażi jiġifieri t-tniżżil tas-sottotitli u t-tqabbil mal-film biex jiġi żgurat li dawn ikunu jaqblu, inkompli billi nsemmi l-ewwel verżjoni li saret tattraduzzjoni tal-film u l-importanza tagħha u mbgħad niddiskuti t-tieni verżjoni u l-aspetti kollha li ttieħdu inkunsiderazzjoni waqt dan il-proċess. Wara nkompli billi niddiskuti lproċess tat-trasferiment tat-traduzzjoni fuq il-programm tas-sottotitli. Hawn insemmi xi programm użajt kif ukoll ċerti regoli u rakkomandazzjonijiet dwar is-sottotitli bħan-numru ta’ karattri f’kull linja, id-daqs ta’ pixels, il-fonts, il-pożizzjonament tas-sottotitli fuq l-iskrin, is-spotting, ir-regola tas-sitt sekondi u r-rispett li jrid jingħata lejn il-cuts tax-xeni. Flaħħar nagħlaq dan il-kapitlu billi nitkellem dwar l-aħħar fażi ta’ dan il-proċess, jiġifieri it-trasferiment tal-film fuq DVD. Fir-raba’ kapitlu nippreżenta t-tabella tas-sottotitli tal-film. Jiġifieri fiha hemm inklużi ssottotitli bl-Ingliż, l-ewwel abbozz, it-tieni abbozz, iż-żidiet li saru u l-verżjoni finali. Qabel din it-tabella nagħti deskrizzjoni ta’ kif inhi mqassma u nispjega wkoll l-indikazzjonijiet li ġew użati biex isiru distinzjonijiet bejn linji tas-sottotitli ġenerali, dawk mitkellma minn karattru li ma jkunx inxena, dawk li jiddeskrivu ħsejjes fil-madwar u dawk li huma traduzzjoni ta’ kliem li jidher fuq l-iskrin. Fl-aħħar kapitlu mbagħad nagħmel analiżi tas-sottotitli tradotti. Nibda billi nagħti ħarsa ġenerali lejn xi studjużi li taw kontribut importati għall-qasam tat-traduzzjoni u d-dibattitu li dejjem kien hemm bejn l-għaribizzazjoni u d-domestikazzjoni u wara naqsam l-analiżi f’partijiet differenti fejn nsemmi xi wħud mill-aktar aspetti li influwenzawni meta ġejt biex nilħaq it-tifsira semantika fit-test sors. F’kull parti huma ppreżentati numru ta’ eżempji f’forma ta’ glossarju u taħt kull terminu jew frażi hija mogħtija spjegazzjoni tal-proċess li sar sabiex dawn ġew milħuqa. Dan ix-xogħol għandu wkoll inkluż miegħu DVD fejn fiha hemm il-film bis-sottotitli bil- Malti.
Description: M.A.TRANSLATION
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/24580
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtTTI - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17MATTI004 Daniel Ciappara.pdf
  Restricted Access
2.13 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.