Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/29916
Title: L-ismijiet tal-hxejjex : studju socjolingwistiku
Authors: Schembri, Maria
Keywords: Plant names, Popular -- Malta
Maltese language -- Social aspects
Vegetables -- Malta
Issue Date: 2017
Abstract: F’dawn it-tliet snin li ilni l-Università interessani s-suġġett tas-soċjolingwistika u għalhekk meta ġejt biex nagħżel it-titlu għal din it-teżi, iddeċidejt li nagħmel studju relatat ma’ dan is-suġġett fuq l-ismijiet tal-ħxejjex. Hawn irrid infisser il-ħaxix li nużaw u nixtru biex nieklu fil-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-idea preliminari kienet li nara jekk hemmx varjazzjoni fl-ismijiet ta’ dawn il-ħxejjex. Fil-fatt sibt li anki meta ma kienx hemm varjazzjoni fl-isem proprju, xorta kien hemm ħafna varjazzjoni fiddeskrizzjonijiet li tawni l-informanti biex jippreċiżaw x’riedu jfissru. Għażilt li nittratta dan il-qasam għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, minn meta kont għadni ċkejkna kont immur nagħti daqqa t’id lil missieri fix-xogħol tar-raba’. Sirt naf kemm hu xogħol ta’ tbatija u forsi ma napprezzawx dak li jagħmlu l-bdiewa biex jagħtuna l-aħjar prodott: għalhekk għażilt qasam li fih żgur se jibbrillaw il-bdiewa. It-tieni net, nittama li se jkun siewi għal ħaddieħor minħabba li wara kollox jirrigwardja qasam fuq oġġetti li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. Għalkemm f’dan il-qasam għadu ma sar lebda studju, ħarġu affarijiet interessanti ħafna u ta’ min wieħed jagħtihom daqqa t’għajn. L-istudju jinqasam fi tliet kapitli. L-ewwel kapitlu jittratta l-kunċetti bażiċi b’mod ġenerali li nsibu fis-soċjolingwistika bħal varjazzjoni lingwistika, il-varjetajiet u l-fatturi li jaffettwaw kif titkellem persuna, ngħidu aħna bħall-età u l-ġeografija. Fit-tieni kapitlu tajt ħarsa lejn il-metodoloġija li użajt f’dan l-istudju billi ddiskutejt pass pass x’għamilt. Ir-riċerka tikkonsisti f’kwestjonarju u numru ta’ stampi li ġew murija lil tmenin bidwi li kienu mistennija jsemmu t-tipi differenti ta’ ħxejjex. Minkejja dan, ħadt ukoll kampjun ta’ tmien parteċipanti oħra li ma jaħdmux ir-raba’ biex nistabilixxi jekk hemmx differenzi bejn iż-żewġ gruppi. Fit-tielet kapitlu tajt ħarsa lejn ir-riżultati li ħarġu mill-kwestjonarji billi qbadt il-varjabbli soċjolingwistiċi li użajt u tajt ħarsa dettaljata lejn it-termini mil-lenti ta’ kull fattur. Fl-aħħar, wieħed jista’ jsib l-appendiċi li jinqasam f’tmien taqsimiet: Appendiċi A jinkludi l-formula tal-kunsens u f’Appendiċi B insibu l-ittra ta’ informazzjoni li tajt lil kull parteċipant qabel ma bdejt nimla l-kwestjonarju. Appendiċi Ċ fih l-istampi li użajt għal dan l-istudju filwaqt li f’Appendiċi D insibu lkwestjonarju. Appendiċi E għandu numru ta’ tabelli bid-dettalji ta’ kull informant u Appendiċi F fih id-dijagrammi li użajt biex noħroġ il-persentaġġi tal-impjieg u ledukazzjoni tal-informanti. Appendiċi Ġ juri tabella għal kull lokalità fejn qabbilt ilgrupp ta’ bejn l-20 u l-35 sena mal-grupp li għandhom minn 65 sena ‘l fuq. Fl-aħħar, f’Appendiċi G insibu glossarju tat-termini li ħarġu minn kull lokalità u minn kull età kemm tal-bdiewa kif ukoll tal-informanti li mhumiex bdiewa. L-għan ta’ dan l-istudju huwa li nistabilixxi jekk il-ġeografija, l-età, l-impjieg u l-iskola jaffettwawx it-termini li jintużaw fost il-bdiewa.
Description: B.A.(HONS)MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/29916
Appears in Collections:Dissertations - FacArt - 2017
Dissertations - FacArtMal - 2017

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
17BAMAL018.pdf
  Restricted Access
12.27 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.