Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/7314
Title: It-tema tan-nazzjon fil-poezija post-kolonjali Maltija
Authors: Tanti, Charmaine (2012)
Keywords: Malta -- History -- 1964-
Nationalism and literature -- Malta
Maltese poetry -- 20th century
Issue Date: 2012
Abstract: Din it-teżi, li tittratta t-tema tan-nazzjon fil-poeżija post-kolonjali Maltija, hija mnebbħa mit-teżi tiegħi l-oħra tal-Baċellerat fl-Arti. Peress li l-ewwel waħda kienet tiffoka fuq it-tema tan-nazzjon fil-poeżija ta’ Dun Karm, xtaqt li issa nelabora aktar dwar dan is-suġġett u l-mod kif kompla jiżviluppa wara l-indipendenza. Billi l-kunċett ta’ nazzjon ma jmurx lura aktar minn madwar mitejn sena billi fl-imgħoddi l-Ewropa kollha kienet taħt idejn ir-rejiet, l-imperaturi, il-Papa u n-nobbli, u kienet maqsuma f’għadd ta’ reġjuni, l-ewwel kapitlu se jistħarreġ l-aspett storiku tan-nazzjon. L-attenzjoni se tingħata lill-bidla li ħakmet l-Ewropa hekk kif tfaċċa l-Illuminiżmu li kien lest li jarmi l-valuri u s-sistema politika tal-imgħoddi u jħejji l-valuri l-ġodda msejsa fuq ir-raġuni, ix-xjenza u l-edukazzjoni. Filosfi illuministi bħal Voltaire, Rousseau u Diderot riedu jwaqqgħu l-ordni aristokratika u jeliminaw it-tagħlim medjevali tal-Knisja kattolika bil-għan li tinbena soċjeta` ġdida mibnija fuq it-talenti tal-individwu, u n-nobbilta` ma kellhiex tibqa’ l-aktar fattur importanti fil- ħajja. Dan il-moviment, li nfirex mal-Ewropa kollha f’ħakka t’għajn, kellu jwassal qajla qajla għar-Romantiċiżmu li kien jiffoka fuq is-sentiment tal-individwu aktar milli fuq il-kunċett razzjonali. Il-kittieba romantiċi kienu jagħtu prijorita` lill-immaġinazzjoni u lill-ambjent naturali meta r-rivoluzzjoni industrijali kienet fl-aqwa tagħha u kienet qiegħda teqred il-ħajja rurali. Issa l-bniedem ma baqax jitqies bħala ċittadin ta’ dinja waħda u sħiħa, iżda bħala ċittadin ta’ pajjiż partikulari mogħni b’għadd ta’ karatteristiċi li jagħżluh minn ċittadini oħra fosthom il-lingwa, id-drawwiet, ir-reliġjon, l-istorja u l-eroj.
Description: M.A.MALTESE
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar//handle/123456789/7314
Appears in Collections:Dissertations - FacArtMal - 2012

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
12MAMAL002.pdf
  Restricted Access
1.74 MBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.