Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103547
Title: Il-M.U.S.U.E.M. tas-subien f'Ħaż-Żabbar : ġrajjiet il-qasam mill-1909 sal-2019
Authors: Xuereb, Paul
Keywords: Society of Christian Doctrine (Żabbar, Malta) -- History
Laity -- Malta -- Żabbar -- Societies, etc. -- History
Christian education -- Malta -- Żabbar -- History
Preca, Ġorġ, Saint, 1880-1962
Żabbar (Malta) -- Buildings, structures, etc.
Żabbar (Malta) -- Religious life and customs
Society of Christian Doctrine (Malta) -- Biography
Issue Date: 2020
Publisher: Żabbar : Qasam tal-MUSEUM
Citation: Schembri, M & Xuereb P. (2020). Il-M.U.S.U.E.M. tas-subien f'Ħaż-Żabbar : ġrajjiet il-qasam mill-1909 sal-2019. Żabbar : Qasam tal-MUSEUM
Abstract: Fil-Kalendarju Museumin ta' Jannar 1989 deher Kumment Editorjali biex kull qasam (dar għat-Tagħlim Reliġjuż) f'Malta u f'Għawdex jieħu ħsieb jikteb l-istorja tiegħu. Is-Superjur ta ' dak iż-żmien ħatar xi soċji Żabbarin biex jieħdu ħsieb din il -ħidma li ma tantx kienet faċli. Dan għaliex kien hemm nuqqas kbir ta' dokumenti tal-ewwel żminijiet. Minkejja dan is-Segretaiju Ġenerali tas-Soċjetà kien għadda lill-Qasam xi tagħrifli kellu . Problema oħra kienet li ma tantx kien hemm żmien għax ried jitlesta sa Ġunju biex ikun stampat f' Awwissu. Is-Superjuri Ġużeppi Lanzon u Ġużeppi Vella kienu ta' għajnuna billi taw xi dettalji li baqgħu jiftakru u xi noti li kellhom. Jien ukoll għaddejt xi noti li kelli, fosthom noti li kont nieħu mingħand is-Sur Joseph Magro, l-eks-Sagristan tal-Parroċċa, dwar kif u meta kien isir il -Preċett tat-tfal, kif ukoll il-Griżma tal-Isqof li dak iż- żmien kienet issir sena wara, fis -snin 1920/5. Joseph Magro kellu memorja tajba ħafna minkejja l-età avvanzata li kellu u miet nhar it-8 ta' Lulju 1997 fi -età ta' 94 sena. Is-Soċju Karmenu Bonavia flimkien m'oħrajn għamlu ħilithom biex ilestuha, għax storja ta' 80 sena (1909-1989) ma ssirx f ' seba' xhur, iżda dan kien l-ewwel pass. Il-kitba tlestiet dwar Il-Qasam Nru VIII: Ħaż-Żabbar u dehret fil-Kalendarju t' Awwissu 1989, paġni 202 sa 205.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/103547
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCPPRChr

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-M.U.S.U.E.M. tas-subien f'Ħaż-Żabbar ġrajjiet il-qasam mill-1909 sal-2019.pdf15.22 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.