Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112694| Title: | Futur bla passat? : il-qagħda ta' l-arkivji f'pajjiżna |
| Authors: | Frendo, Henry |
| Keywords: | National Archives of Malta Archives -- Malta Libraries -- Special collections -- Records Archival materials -- Malta |
| Issue Date: | 2000 |
| Publisher: | L-Arkivju Nazzjonali |
| Citation: | Frendo, H. & Farrugia, C. (Ed.) (2000). Futur bla passat? : il-qagħda ta' l-arkivji f'pajjiżna. Malta: l-Arkivju Nazzjonali |
| Abstract: | Forsi mhux kulħadd jirrealizza kemm l-arkivji huma marbutin ma' nozzjonijiet determinanti ta' progress, ta' identità u ta' żvilupp. Qabel is-seklu dsatax il-kuxjenza storika moderna kienet ristretta għall-ġbir u l-analiżi ta' tagħrif minn individwi ta' ħila eċċezzjonali bħal Vico, Montesquieu, Gibbon u oħrajn, imma ma kienx hemm il-mezzi biex studji bħal dawn isiru a bażi ta' riċerka iżjed regolari. F'Malta wkoll kien hemm individwi bħal Mifsud, Scicluna u oħrajn qabilhom li fittxew id-dokumenti u għarfu l-ħtieġa tagħhom għall-posterità. Madankollu l-kolonjaliżmu ftit li xejn kien jippermetti storja patrija awtentika jew kritika, għas-sempliċi raġuni li l-esperjenzi u saħansitra l-interessi kulturali kienu essenzjalment stunati jew addirittura konfliġġenti. Dan bir-rispett kollu lejn pijunieri bħal Panzavecchia u xi oħrajn li ppruvaw jiddivulgaw l-istorja nattiva anki fl-iskejjel, xi ħaġa li fis-seklu dsatax saret norma fl-Ewropa kollha. Il-libertà intellettwali baqgħet ċirkoskritta ħafna mill-istituzzjonijiet, kif x'aktarx għadha, fosthom indubbjament mill-Knisja, għalkemm mhux daqs qabel. Ironikament, perà, kienet il-missjoni u l-organizzazzjoni ekkleżjastika fid-diversi forom tagħha li ssistemat u mantniet it-tnaqqix taż-żmien permezz ta' dokumenti fi sferi parrokkjali, nazzjonali u reliġjużi li llum qegħdin nibdew nirrealizzaw l-importanza tagħhom meta dawn ikunu aċċessibbli qabel xejn għall-klassifika. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/112694 |
| Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCASHDAS |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Futur_bla_passat_il_qagħda_ta_l_arkivji_f_pajjiżna_2000.pdf Restricted Access | 3.37 MB | Adobe PDF | View/Open Request a copy |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
