Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118380
Title: Id-difna ta' qalb il-Granmastru De Rohan fil-Knisja ta' San Pawl
Authors: Ciarlò, John
Keywords: Rohan de Polduc, Emmanuel de, 1725-1797
Rohan de Polduc, Emmanuel de, 1725-1797 -- Death and burial
Collegiate Church of St. Paul's Shipwreck (Valletta, Malta)
Valletta (Malta) -- History -- Knights of Malta, 1530-1798
Issue Date: 2006
Publisher: Valletta : Għaqda tal-Pawlini
Citation: Ciarlò, J. (2006). Id-difna ta' qalb il-Granmastru De Rohan fil-Knisja ta' San Pawl. Programm tal-festa San Pawl Nawfragu, Valletta, 2006, pp. 13-15
Abstract: Il-Knisja Kolleggjata Parrokjali ta' San Pawl Nawfragu fil-qalba tal-Belt Valletta, mhux biss storikament kellha rabta speċjali ma' l-iżvilupp storiku, soċjali u industrijali tal-belt kapitali tagħna, iżda wkoll ma' l-Ordni Sovran ta' San Ġwann. Sa mill-bidu li l-Ordni ta' bidu għall-bini tal-belt il-ġdida sakemm l-Ordni ġie biex iħalli Malta, dejjem wera għozza u apprezzament speċjali lejha. Mhux ta' b'xejn li l-Granmastri ta' l-Ordni ta' San Ġwann matul is-snin ma naqsu qatt li jgħinuha, isebbħuha, iżejnuha u jużaw l-influwenza u l-awtorita tagħhom bħala slaten ta' din il-gżira biex jiksbulha drittijiet u privileġġi. Il-knisja pawlina baqgħet tgħożż b'rispett kbir it-tifkira tal-Granmastru Fra Emanuel de Rohan Polduc. L-Kapitlu tal-Kolleggjata ta' San Pawl tant ħabbu u baqa' jirrispettah għal dan kollu li kien għamel miegħu li hekk kif tħabbret il-mewt tiegħu, f'laqgħa urġenti ddeċieda li jagħmel rikors lill-Kunsill ta' l-Ordni li fih talbu biex il-qalb tal-Gran Mastru De Rohan tiġi midfuna fil-knisja ta' San Pawl.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/118380
Appears in Collections:Melitensia Works - ERCASHHer

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Id-difna ta' qalb il-Granmastru.pdf1.95 MBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.