Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145727
Title: Il-presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala pedagoġija tat-tama
Other Titles: Marie-Louise Coleiro Preca : President ta' Malta : bejn storja u miti : ġabra ta' kitbiet
Authors: Borg, Carmel
Keywords: Coleiro-Preca, Marie-Louise, 1958-
Presidents -- Malta -- Biography
Political leadership -- Malta
Citizenship -- Moral and ethical aspects -- Malta
Democracy -- Moral and ethical aspects -- Malta
Education -- Political aspects -- Malta
Critical pedagogy -- Malta
Issue Date: 2019
Publisher: Horizons
Citation: Borg, C. (2019). Il-presidenza ta’ Marie Louise Coleiro Preca bħala pedagoġija tat-tama. In S. Grech (Ed.), Marie-Louise Coleiro Preca: President ta' Malta: bejn storja u miti : ġabra ta' kitbiet(pp. 35-40). Malta: Horizons.
Abstract: L-impenn għat-tama f'dinja mgħarrqa fil-fataliżmu, l-indifferenza u l-qtigħ il-qalb mhuwiex proġett ta' qasir il-għomor, ta' ċiklu elettorali jew ta' populiżmu momentarju u predatorju. Hu proġett dejjiemi, imsejjes fuq l-għarfien li terriq il-promotur tat-tama għandu jkun dejjem fid-direzzjoni ta' dinja li għad trid tkun. Il-Pedagoġija tat-Tama għandha element qawwi utopiku, ħliem f'dinja li mhix. Dan il-ħolm jissawwar fl djalettika kontinwa mad-dinja li hi, mal-ħajja konkreta tal-lum, u mal-istoriċità ta' mixjet il-bniedem. Fil-Pedagoġija tat-Tama tingħaġen ir-reżistenza għall-oppressjonijiet u għall-fabbrikazzjoni tal-kunsens li tgaġġeġ lillimtarrfln fil-kultura tas-silenzju, fil-biża' mill-ħelsien, u fl-għamad ta' 'kuxjenza maġika' li taċċetta l-ħajja kif inhi bit-tisbir tal-premju etern. II-Pedagoġija tat-Tama tfisser reżistenza għall-ideoloġija tal-individwaliżmu u d-darwiniżmu soċjali u għall-ġustizzja tal-ġungla, ta' min hu l-aqwa jħawwel; proġett konkret tà possibbiltà li jħeġġeġ il-proliferazzjoni ta' demokraziji ġenwini li jisfidaw id-dittatura tas-suq, il-kultura tal-jien qabel kulħadd, tal-privatizzazzjoni tal-ġid komuni u l-jasar tal-komodiflkazzjoni tal-ħajja, filwaqt li jirkupra l-onestà, l-integrità, l-imħabba, id-djalogu, l-inklużjoni, is-solidarjetà, il-komunità u l-kollettività.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/145727
ISBN: 9789995775636
Appears in Collections:Scholarly Works - FacEduAOCAE

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Il-presidenza_ta_Marie_Louise_Coleiro_Preca_bħala_pedagoġija_tat-tama(2019).pdf
  Restricted Access
523.52 kBAdobe PDFView/Open Request a copy


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.