Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48428
Title: Lil hinn mill-miti tal-privatizzazzjoni u nazzjonalizzazzjoni
Authors: Ellul, Andrew
Keywords: Public welfare -- Malta
Privatization
Competition, International
Social service -- Malta
Issue Date: 1995
Publisher: Sensiela Kotba Socjalisti
Citation: Ellul, A. (1995). Lil hinn mill-miti tal-privatizzazzjoni u nazzjonalizzazzjoni. In Fl-Antiporta tal-Millennju (pp. 43-46). Marsa: Sensiela Kotba Soċjalisti
Abstract: Jiena nixtieq inkompli ma' dak li qal il-Professur Joe Friggieri fejn qal li l-aspett kulturali ma jistax jinjora l-istrutturi ekonomiċi. Proprju fil-qasam ekonomiku wieħed ma jistax jinjora l-aspetti soċjo-kulturali ta' pajjiżna. Biex nibda fuq din il-laqgħa, naħseb li jkun ħafna pożittiv li l-affarijiet li qed jintqalu, u li ilna nisimgħu ħafna snin, ngħaddu biex xi darba nibdew inwettquhom. U wara kollox, it-twettiq konkret ta' l-ideat biex jiġu mibdula gradwalment l-istrutturi tas-soċjeta tagħna hija bla dubju ta' xejn l-isfida laktar importanti. Fil-qasam ekonomiku pajjiżna għaddej minn tibdil mgħaġġel u radikali. Il-pressjoni sabiex tiddaħħal aktar kompetittivita' permezz tal-liberalizzazzjoni, l-ispinta lejn il-privatizzazzjoni, it-twaqqif ta' ċentru finanzjarju internazzjonali, it-tibdila fis-sistema fiskali ta' pajjiżna flimkien ma' ristrutturazzjoni industrijali huma kollha xhieda, fit-tajjeb u fil-ħażin, ta' dan it-tibdil. Huwa neċessarju allura li wieħed jirrifletti ftit fuq l-għan finali li jrid jintlaħaq, il-metodu li għandu jintużax u il-kunflitti soċjali li jistgħu jinħolqu. Bażikament qed nitkellem fuq il-preżenza ta' l-istat u l-fruntieri tas-suq. Fi ftit kliem irridu niddiskutu r-relazzjoni Gvern-ċittadin bl-implikazzjonijiet kollha tagħha f'termini ta' l-attivita' ekonomika, fiskali, soċjali u kulturali. L-isfida qiegħda proprju f'kemm il-Gvern jista' joħloq l-ambjent ġust fejn iċ-ċittadin, kull ċittadin, speċjalment dak li ħafna jsibuh bħala ż-żgħir, l-emarġinat, ikollu l-opportunita' kollha li jwettaq il-proġetti tiegħu.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48428
Appears in Collections:Fl-Antiporta tal-Millennju

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Lil_hinn_mill-miti_tal-privatizzazzjoni_u_nazzjonalizzazzjoni_1995.pdf200.59 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.