Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48479
Title: | “Ir-riċerka hija r-ruħ tal-Università” |
Authors: | Ellul-Micallef, Roger |
Keywords: | Education, Higher -- Research University of Malta -- Management Education, Higher -- Malta -- Administration University of Malta -- Admission |
Issue Date: | 1995 |
Publisher: | Sensiela Kotba Socjalisti |
Citation: | Ellul-Micallef, R. (1995). “Ir-riċerka hija r-ruħ tal-Università”. In Fl-Antiporta tal-Millennju (pp. 64-67). Marsa: Sensiela Kotba Soċjalisti |
Abstract: | L-ewwelnett nixtieq nirringrazzja lil Dr Alfred Sant ta' l-istedina li għoġbu jagħmilli. Jiena u hu iggradwajna kważi tletin sena ilu flimkien mill-istess istituzzjoni, hu mill-fakultà tax-xjenza u jien mill-fakultà tal-mediċina. Meta rċevejt l-istedina ħabbilt ftit rasi, għaliex ma kienx hemm indikat is-suġġett li xtaquni niddiskuti. Forsi ma kinitx tkun idea ħażina kieku l-meeting seta' jkun ftit iżjed strutturat, għalkemm is-sessjoni ta' dal-għodu kienet interessanti ħafna, smajna bosta ideat fuq ħafna affarijiet. Mhux qed ngħid bi kritika, imma naħseb kienet tinħoloq forsi aktar direzzjoni u diskussjoni. Ma kontx naf jekk għandix nitkellem fuq l-Università, fuq l-edukazzjoni Universitarja, fuq mediċina, jew fuq edukazzjoni medika. Bosta mill-kelliema ta' qabli diġà messew dawn is-suġġetti. Meta kelliem ikun minn ta' l-aħħar, ikollu ċerti vantaġġi iżda jkollu wkoll ċerti żvantaġġi. Il-vantaġġi jkunu li jkun ftit jew wisq sema' x'ingħad qabel, jispera li dak li tkellmu qabel ħallewlu xi ħaġa xi jgħid u jkun jista' b'xi mod jikkonkludi. L-iżvantaġġ hu li n-nies jibdew jagħjew u jsiru aktar irritabbli. Issa niġu għall-punt. Qiegħed hawn f'kapaċità personali. Dawn l-aħħar ħames snin kont l-ewwel viċi-chairman u mbagħad chairman tal-kumitat fuq Higher Education and Research tal-Kunsill ta' l-Ewropa fi Strasbourg. Ġejt f'kuntatt mill-qrib ma' Universitajiet fl-Ewropa bil-problemi kollha tagħhom. Allura se nipprova nitkellem fil-qosor kemm jista' jkun fuq l-Università bħala istituzzjoni, fuq l-Università mhux tagħna biss. X'inhuma l-problemi li Universitajiet ser ikollhom fis-seklu li ġej? |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48479 |
Appears in Collections: | Fl-Antiporta tal-Millennju |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Ir-riċerka_hija_r-ruh_tal-Universita_1995.pdf | 213.58 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.