Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48497| Title: | L-ethos Malti mhedded |
| Authors: | Sammut, Frans |
| Keywords: | National characteristics, Maltese Group identity -- Malta Vassalli, Mikiel Anton, 1764-1829 Neutrality -- Malta Autonomy |
| Issue Date: | 1995 |
| Publisher: | Sensiela Kotba Socjalisti |
| Citation: | Sammut, F. (1995). L-ethos Malti mhedded. In Fl-Antiporta tal-Millennju (pp. 75-78). Marsa: Sensiela Kotba Soċjalisti |
| Abstract: | Kull meta joqrob biex jintemm seklu, u l-aktar meta jkun se jintemm millennju, ikun hemm paniku sħiħ fost is-superstizzjużi. Mat-tgerbib tas-snin u fuq kollox b'riħet il-progress kbir fl-oqsma tax-xjenza, il-bniedem m'għadux superstizzjuż daqskemm kien dari. Għall-inqas għalissa għadna ma rajniex nies jiġru mherwlin mat-toroq iħabbru tmiem id-dinja u l-wasla tal-ġudizzju Universali. Jekk tidwil l-imħuħ irnexxielu jeħlisna minn dehriet bħal dawn, lanqas ma rridu nkunu aħna li noħolqu xi twerwir li mbagħad jixtered bħan-nar mal-pajjiż kollu. Min-naħa l-oħra lanqas ma nistgħu noqogħdu b'idejna fuq żaqqna u ma nsemmux ċertu twegħir li jidher riesaq fuq ix-xefaq u jhedded l-ethos Malti. Wieħed irid ikun qed jgħix fis-sħab biex ma jintebaħx bis-sinjali taż-żminijiet u jibqa' ma jagħrafx fihom twiddiba għal dawk li qegħdin jaħmu minn taħt ħwejjeġ li jafu jagħmlu ħsara kbira lin-nazzjon żagħżugħa Maltija. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/48497 |
| Appears in Collections: | Fl-Antiporta tal-Millennju |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| L-ethos_Malti_mhedded_1995.pdf | 223.26 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
