Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55047
Title: | Ġrajja ta' 75 sena ilu : It-terremoti ta' nofs Jannar, 1923 |
Authors: | Calleja, Toni |
Keywords: | Ghasri (Malta) -- History Earthquakes -- Malta Natural disasters -- Malta -- History -- 20th century Malta Earthquake, Malta, 1923 -- Personal narratives |
Issue Date: | 1998 |
Publisher: | Għasri : Parroċċa |
Citation: | Calleja, T. (1998). Ġrajja ta' 75 sena ilu : It-terremoti ta' nofs Jannar, 1923. Il-Korpus : leħen mill-Parroċċa tal-Għasri, 17 (1998), 27-32. |
Abstract: | Tal-biża! Terremot... kelma li tkexkex. Fost id-diżastri goffi kollha li taf toffri n-natura, it-terremot huwa x'aktarx l-agħar wieħed fosthom għax jiġi fuqek bħall-ħalliel, bla ebda avviż ta' xejn. In-nar tarah, ixxomm id-duħħan u tisma' t-tfernieq tiegħu; l-għarrar ma jaqax f'daqqa, l-ilma li jżid ma kulma jmur huwa xorta ta' avviż u bi ftit jew wisq fortuna tista' b'xi mod taħrabhom! Imma t-terremot? Biżżejjed ngħidu li terremot wieħed li għamel f'Tangshan, iċ-Ċina, fl-1976, kien il-kaġun li dikment bagħat id-dinja l-oħra, quddiem Alla, xejn anqas minn 650,000 ruħ. Daqstant hux fenominu tal-biża t-terremot! Għandhomx tabilħaqq raġun il-popli - l-aktar dawk mġarrba - jitkexkxu quddiem biss it-tlissina ta' dan il-flaġell! Xjenzati ġeoloġisti f'dawn l-aħħar għoxrin, tletin, sena sabu teorija ġeoloġika msejħa 'Plate tectonics'. Din toffri spjegazzjoni fiċ-ċaqlieq tal-kontinenti (continental drift), fil-formazzjoni tal-muntanji u vulkani. Nistgħu ngħidu għalhekk li sa fl-aħħar iċċarat ferm u sew it-teorija ta' dak li jista' u qiegħed jikkaġuna terremoti jew aħjar theżżiż fl-art. Dawn ix-xjenzati jpoġġu lil Malta kważi eżatt fuq il-linja ta' bejn l-'Eurasian Plate' u l-'African Plate' - tnejn minn xi tnax-il plate li minnhom hija komposta l-qoxra tad-dinja li ngħixu fuqha. |
URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/55047 |
Appears in Collections: | Melitensia Works - ERCSciGeo |
Files in This Item:
File | Description | Size | Format | |
---|---|---|---|---|
Terremoti.pdf | 2.64 MB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.