Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58248
Title: Meta ghabet l-Istilla tal-Fidda fl-Ghar ta' Betlehem (1847)
Authors: Muscat, Noel
Keywords: Church of the Nativity (Bethlehem) -- History
Franciscans -- History
Issue Date: 2009
Publisher: Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta
Citation: Muscat, N. (2009). Meta ghabet l-Istilla tal-Fidda fl-Ghar ta' Betlehem (1847). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 05-11.
Abstract: L-istorja ta’ l-Art Imqaddsa hi marbuta ħaġa waħda ma’ l-istorja ta’ l-Ewropa Kristjana. Għalkemm ir-Rivoluzzjoni Franċiża tat daqqa ta’ giljottina lill-karattru Kristjan tal-kultura Ewropea, li saret waħda lajka jekk mhux ukoll anti-klerikali, b’effetti li għadna nħossuhom sallum, l-istorja tas-sekli ta’ qabel kienet waħda ta’ rabta intima bejn il-patrijiet Franġiskani fl-Art Imqaddsa u l-mexxejja politiċi tan-nazzjonijiet Kattoliċi ta’ l-Ewropa, partikolarment il-monarkiji ta’ Spanja u l-Portugal, il-monarkija u mbagħad repubblika ta’ Franza, il-monarkija tal-Belġju, il-monarkija ta’ Napli u Sqallija, il-fewdu ta’ l-istess renju li kienu jżommu l-Kavallieri ta’ San Ġwann f’Malta, u r-repubbliki ta’ Genova u Venezia. Għidna kemm-il darba li ċ-Ċenaklu nxtara għall-Franġiskani mir-re Roberto d’Anjou ta’ Napli fl-1335. Dawn il-qawwiet politiċi kienu strumentali biex għenu lill-Franġiskani jżommu posthom fl-Art Imqaddsa, fi żmien meta kienu mheddin minn diversi perikli, fosthom l-inkursjoni Musulmana ta’ l-Imperu Tork-Ottoman, li ħakem il-Palestina għal 400 sena sħaħ (1517-1917). L-Imperu Ottoman kellu ċ-ċentru tiegħu fil-belt ta’ Kostantinopli (illum Istanbul). Malli t-Torok kienu ħakmu l-Palestina, is-sultan Mehmet II iddikjara li huma jagħrfu bħala rappreżentant uffiċjali tal-Kristjani fil-Palestina lill-Knisja Griega Ortodossa, li għandha l-Patrijarka Ekumeniku tagħha residenti f ’Kostantinopli. Dan kien ifisser li, għall-Franġiskani u għall-Knisja Kattolika (jew Latina) beda żmien iebes, u għaldaqstant il-Franġiskani kienu spiss jirrikorru għall-ambaxxaturi tal-pajjiżi Ewropej quddiem is-«Sublime Porta» ta’ Kostantinopli, biex jaqbżu għad-drittijiet tal-Kattoliċi kontra l-inkursjoni tal-Griegi Ortodossi, li sabu appoġġ doppjament, l-ewwelnett għax kienu ċittadini ta’ l-Imperu Ottoman, u t-tieni għax maż-żmien ġew protetti mill-Imperu taz- Tzar tar-Russja, f ’Moska. Hu f ’dan id-dawl li rridu naraw issa l-iżviluppi xejn sbieħ għall- Franġiskani fl-Art Imqaddsa matul is-seklu 19.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58248
Appears in Collections:Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009
Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Meta_ghabet_l-Istilla_tal-Fidda_fl-Ghar_ta_Betlehem_1847_2010.pdf267.21 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.