Please use this identifier to cite or link to this item:
https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58333| Title: | Il-misterju tat-Trinita' qaddisa (5) |
| Authors: | Schembri, Gwido |
| Keywords: | Bible. John -- Criticism, interpretation, etc. Bible. Acts -- Criticism, interpretation, etc. Holy Spirit Holy Spirit (Judaism) |
| Issue Date: | 2009 |
| Publisher: | Kummissarjat Tal-Qabar Ta' Kristu F'Malta |
| Citation: | Schembri, G. (2009). Il-misterju tat-Trinita' qaddisa (5). Lehen l-Art Imqaddsa, 30(166), 41-46. |
| Abstract: | San Ġwann jitkellem ċar fuq il-karattru personali ta’ Kristu u ma nifhimx kif min iqis il-kitba tiegħu bħala ispirata u parti mill-Bibbja ma jammittix id-divinità ta’ Kristu. Kristu huwa l-Kelma (Logos=rivelazzjoni) li kien qabel kull żmien fi ħdan il-Missier; il-kelma griega “arkè” għandha tittieħed fis-sens ideali-traxxendentali = fl-eternità, kif hu Alla l-Missier. Kristu kien Alla (fl-oriġinal grieg = Theos=Alla bla artiklu ho; jiġifieri mhux biss divin, imma Alla fil-veru sens tal-kelma (Ġw 1, 1-2). Kollox sar bi Kristu u mingħajru ma sar xejn, u fih kienet il-ħajja. Il-prologu tar-raba’ evanġelju (Ġw 1,1-18) , kif ukoll l-ewwel ittra ta’ Ġwanni (1,1-3.14) u l-Apokalissi (1,16) jgħallmu ċar il-persuna divina ta’ Kristu li tingħata titli divini. Hu l-Alfa u l-Omega, il-Bidu u t-Tmiem. Min jara l-għemil ta’ Kristu għandu jemmen li hu persuna distinta mill-Missier u li hu Alla; hekk fehmu tajjeb il-Lhud li riedu joqtluh (Ġw 10, 37-39). L-appostlu Tumas, meta ra lil Ġesù Rxoxt, qallu: Mulej tiegħi, u Alla tiegħi. U Ġesù qallu: Emmint għax rajtni? Imberkin dawk li ma rawx u emmnu (Ġw 20,28-29). Is-seba’ mirakli li hemm fir-raba’ evanġelju kollha nkitbu bil-għan li juru l-persuna divina ta’ Kristu. Min jaqrahom tajjeb u jkollu rieda tajba ma jistax ma jemminx li Kristu hu persuna distinta minn dik tal-Missier u li hu Alla. |
| URI: | https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/58333 |
| Appears in Collections: | Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009 Lehen l-Art Imqaddsa : Numru 166 : Ottubru-Dicembru : 2009 |
Files in This Item:
| File | Description | Size | Format | |
|---|---|---|---|---|
| Il-misterju_tat-Trinita_qaddisa_5_2009.pdf | 279.82 kB | Adobe PDF | View/Open |
Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.
