Please use this identifier to cite or link to this item: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59068
Title: Qawmien u Ritmu Ġdid wara l-Gwerra
Other Titles: L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta : bl-istorja u l-istejjer tiegħu
Authors: Vassallo, Mario Thomas
Keywords: Oratory of the Sacred Heart of Jesus (Mosta, Malta)
World War, 1939-1945 -- Malta -- Mosta
Society of Christian Doctrine (Malta)
Education -- Malta -- Mosta
Population -- Malta -- Mosta
Confirmation records -- Malta -- Mosta
Issue Date: 2016
Publisher: Parroċċa Marija Assunta
Citation: Vassallo, M. T. (2016). Qawmien u Ritmu Ġdid wara l-Gwerra. In L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu (pp. 83-97). Mosta: Parroċċa Marija Assunta.
Abstract: Il-ħajja f'Malta fl-ewwel diċennji wara t-Tieni Gwerra Dinjija xejn ma kienet feliċi. Għalkemm kienu waqfu l-attakki mill-ajru u magħhom inqatgħu l-feruti, l-imwiet u t-tiġrif, imma pajjiżna kien għadu mifni b'għadd ta' problemi qodma u oħrajn ġodda. Irrefuġjati Maltin kienu għadhom spalparjati; min baqa' fejn maru min iddeċieda li jirritorna fejn kien qabel il-gwerra. Dan kompla ġab taħlit soċjali li ġab fix-xejn sekli sħaħ ta' differenza bejn il-Maltin tal-ibliet u dawk tal-kampanja. Il-kultura u l-mentalita kollettiva u individwali nbidlet qatigħ u f'qasir żmien. Il-ħerba ta' tant bini mġarraf, in-nuqqas ta' xogħol fit-tarznari, popolazzjoni li bdiet tikber, l-emigrazzjoni tal-massa li bdiet tirranka għal-livell ta' eżodu u r-rankatura politika għall-futur ta' Malta integrata mar-Renju Unit jew inkella indipendenti u sovrana huma xi wħud mid-dilemmi l-kbar li kellha tħabbat wiċċha magħhom Malta min-nofs is-snin erbgħin sas-sittinijiet. Magħhom irridu nżidu t-taħbit tal-politiċi Maltin biex jiksbu l-fondi tal-Marshall Plan għar-rikostruzzjoni tal-pajjiż wara t-tifrik tal-gwerra, it-tibdiliet u l-krizijiet kostituzzjonali u, evenentwalment, il-ġlieda politika-reliġjużla li faqqgħet bejn il-Partit Laburista u l-Knisja. Dan il-kuntest storiku huwa importanti biex wieħed jifhem ukoll l-isfond tat-tmexxija tal-Oratorju Qalb ta' Ġesu minn wara l-gwerra sas-snin sittin. F'dan il-kapitlu se nkunu qegħdin niffokaw l-aktar fuq it-tiswijiet fl-Oratorju li kellhom isiru minħabba l-gwerra, l-iżviluppi loġistiċi u operazzjonali li komplew isiru fih, il-bidliet fid-Diretturi tiegħu u l-qagħda fi ħdanu fi żmien l-hekk imsejjaħ 'tad-dnub il-mejjet'. Dawn il-ġrajjiet huma mifruxa fuq medda ta' għoxrin sena, jiġifieri bejn l-1944 u l-1966.
URI: https://www.um.edu.mt/library/oar/handle/123456789/59068
ISBN: 978-99957-0-945-7
Appears in Collections:L-oratorju qalb ta' Ġesu tal-Mosta: bl-istorja u l-istejjer tiegħu

Files in This Item:
File Description SizeFormat 
Qawmien_u_ritmu_ġdid_wara_l_gwerra.pdf874.9 kBAdobe PDFView/Open


Items in OAR@UM are protected by copyright, with all rights reserved, unless otherwise indicated.